Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 136

”Ħlas perfett mingħand Ġeħova”

”Ħlas perfett mingħand Ġeħova”

(Rut 2:12)

  1. 1. Ġeħova leali u jagħti kas dawk

    Li b’qalb sħiħa lilu jaqduh.

    Hu jaf li hemm bżonn sagrifiċċji mill-​qalb

    Għax dawn b’żelu kbir iħobbuh.

    Jekk int tlaqt id-​dar jew familja jew ħbieb,

    Ġeħova jaf b’dan, tinsa qatt.

    Ipatti bis-​sħiħ issa b’ħutna l-​għeżież

    U b’ħajja taʼ dejjem dalwaqt.

    (RITORNELL)

    Jalla jara Ġeħova kulm’għamilt

    Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett.

    Jalla issib taħt ġwinħajh il-​kenn.

    Ġeħova leali; Ġeħova hu rett.

  2. 2. Kultant din id-​dinja tgħejjina ilkoll

    It-​toqol li nġorru hu tqil.

    L-​inkwiet taʼ dil-​ħajja iġib l-​ansjetà

    U nħossu li għandna stress kbir.

    Biss Alla l-​Farraġ żgur jaf b’kulm’għandek bżonn,

    Int taf li hu jisma’ it-​talb.

    Bl-​ispirtu, il-​Bibbja, u l-​ħbieb li jgħożżuk

    Se jħarsek u jfarrġek mill-​qalb.

    (RITORNELL)

    Jalla jara Ġeħova kulm’għamilt

    Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett.

    Jalla issib taħt ġwinħajh il-​kenn.

    Ġeħova leali; Ġeħova hu rett.