Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 138

Sbuħija fix-xagħar griż

Sbuħija fix-xagħar griż

(Proverbji 16:31)

  1. 1. Fostna hawn insibu lil

    Ħutna kbar fl-​età.

    Qed jistabru magħna wkoll;

    Juru fedeltà.

    Hemm min romol kif ukoll

    Saħħtu llum battiet.

    Jah, jekk jogħġbok, saħħaħ int

    Tagħhom it-​tamiet.

    (RITORNELL)

    Int, Missier, tiftakar

    X’fidi wrew bla għadd.

    Aċċert’hom, jekk jogħġbok:

    “Xogħ’lkom minni stmat!”

  2. 2. Ferm sabiħ hu ix-​xagħ’r griż

    Jekk fis-​sew jinstab.

    Dawk leali huma sbieħ;

    Lilhom Alla jaf.

    Jalla lkoll niftakru dan:

    Darba kienu żgħar.

    Meta s-​saħħa kellhom dawn,

    Huma taw l-​aħjar.

    (RITORNELL)

    Int, Missier, tiftakar

    X’fidi wrew bla għadd.

    Aċċert’hom, jekk jogħġbok:

    “Xogħ’lkom minni stmat!”