Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 144

Ibqa’ ffokat fuq it-tama!

Ibqa’ ffokat fuq it-tama!

(2 Korintin 4:18)

  1. 1. Tara ’l dawk neqsin mid-​dawl jaraw

    U oħrajn is-​smigħ se jingħataw,

    Tisma’ l-​kant tat-​tfal maʼ kullimkien,

    Hemm ferħ u paċi fil-​ħolqien,

    Tista’ tara rxoxt taʼ wħud għeżież

    Mingħajr dnub; se jgawdu ferħ bla qies,

    (RITORNELL)

    Int se tara dal-​barkiet bla għadd

    Jekk fuq din it-​tama ffokat.

  2. 2. Hemm se tara nagħ’ġ u lpup fis-​sliem,

    U lill-​għoġol m’ors tarah f’daż-​żmien,

    Tifel ċkejken se jkun jiggwid’hom,

    Ilkoll jobduh hekk kif jirgħ’hom.

    Żgur bid-​dmugħ ma tara int lil ħadd,

    Għaliex biżaʼ, wġigħ ma jkun hemm qatt;

    (RITORNELL)

    Int se tara dal-​barkiet bla għadd

    Jekk fuq din it-​tama ffokat.