STUDJU 12
Uri ħlewwa u interess ġenwin
1 Tessalonikin 2:7, 8
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Tkellem kif qed tħossok verament, u uri lis-semmiegħa tiegħek li jinteressak minnhom u li tixtieq tgħinhom.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Aħseb dwar is-semmiegħa tiegħek. Ipprepara lil qalbek billi tfakkar lilek innifsek dwar il-problemi li jiffaċċjaw huma. Ipprova immaġina kif iħossuhom.
-
Agħżel kliemek sew. Agħmel ħiltek biex issaħħaħ, tfarraġ, u tinkuraġġixxi lis-semmiegħa tiegħek. Evita espressjonijiet li jistgħu jweġġgħuhom bla bżonn, u titkellimx negattiv dwar nies li ma jemmnux f’Ġeħova jew dwar dak li jemmnu b’mod sinċier.
-
Uri li jinteressak. B’ton ħelu u b’ġesti addattati, uri lis-semmiegħa tiegħek li verament jinteressak minnhom. Oqgħod attent għall-espressjonijiet taʼ wiċċek; tbissem taʼ spiss.