Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 19

Agħmel sforz biex tilħaq il-qalb

Agħmel sforz biex tilħaq il-qalb

Proverbji 3:1

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-​semmiegħa tiegħek japprezzaw dak li tgħallmu u jaġixxu fuqu.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Għin lis-​semmiegħa tiegħek jeżaminaw lilhom infushom. Staqsi mistoqsijiet rettoriċi biex tgħin lin-​nies fl-​udjenza jeżaminaw dak li jħossu.

  • Inkuraġġixxi mottivi tajbin. Ħeġġeġ lis-​semmiegħa tiegħek biex jeżaminaw għala jagħmlu affarijiet tajbin. Għinhom ikollhom l-​aqwa mottivi—imħabba għal Ġeħova, għan-​nies, u għat-​tagħlim tal-​Bibbja. Irraġuna mas-​semmiegħa tiegħek u mhux tagħmlilhom prietka. Fl-​aħħar tal-​preżentazzjoni tiegħek, minflok ma ġġegħelhom jistħu jew iħossuhom ħatja, għinhom iħossuhom inkuraġġiti u mħeġġin biex jagħmlu mill-​aħjar.

  • Iġbed l-​attenzjoni lejn Ġeħova. Enfasizza kif it-​tagħlim Bibliku, il-​ prinċipji, u l-​kmandi juru l-​kwalitajiet t’Alla u l-​imħabba tiegħu għalina. Għin lis-​semmiegħa tiegħek jikkultivaw ix-​xewqa li jikkunsidraw kif iħossu Ġeħova u li jogħġbuh.