Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 20

Konklużjoni effettiva

Konklużjoni effettiva

Ekkleżjasti 12:13, 14

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Fil-​konklużjoni tiegħek, ħeġġeġ lis-​semmiegħa jaċċettaw u japplikaw dak li tgħallmu.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Orbot il-​konklużjoni mas-​suġġett tiegħek. Fi kliemek, erġaʼ semmi l-​punti prinċipali u t-​tema tiegħek.

  • Ħeġġeġ lis-​semmiegħa tiegħek. Uri lis-​semmiegħa xi jridu jagħmlu, u agħtihom raġunijiet validi għala jagħmlu hekk. Tkellem b’mod li juri li temmen bis-​sħiħ dak li qed tgħid u li hu importanti.

  • Żomm il-​konklużjoni sempliċi u qasira. Tintroduċix punti prinċipali ġodda. Billi tuża ftit kliem skont il-​bżonn, ħeġġeġ lis-​semmiegħa għall-​aħħar darba biex jaġixxu.