Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 05

Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina

Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina

Ġeħova tana l-​Bibbja bħala rigal sabiħ. Din magħmula minn 66 ktieb żgħir fi ktieb wieħed. Forsi taħseb: ‘Il-​Bibbja minn fejn ġiet? Min kitibha?’ Biex inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, ejja l-​ewwel naraw kif il-​Bibbja ġiet għandna.

1. Jekk il-​Bibbja nkitbet min-​nies, għala ngħidu li ġiet minn Alla?

Il-​Bibbja nkitbet minn madwar 40 raġel differenti. L-​ewwel ktieb inkiteb madwar 3,500 sena ilu u l-​aħħar ktieb madwar 1,900 sena ilu. Avolja dawn l-​irġiel kienu minn backgrounds differenti, dak li kitbu xorta kien jaqbel. Dan kif jista’ jkun? Għax huwa Alla li kiteb il-​Bibbja. (Aqra l-​1 Tessalonikin 2:13.) Dawn l-​irġiel ma kitbux dak li ħasbu huma. Minflok, huma “tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.” a (2 Pietru 1:21) Bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis, Alla uża lil dawn l-​irġiel biex jiktbu l-​ħsibijiet tiegħu.​—2 Timotju 3:16.

2. Min jista’ jibbenefika mill-​Bibbja?

“Kull ġens u tribù u lsien u poplu” jista’ jibbenefika mill-​Bibbja. (Aqra Rivelazzjoni 14:6.) Alla għamel ċert li l-​Bibbja tkun l-​iżjed ktieb li tista’ ssib f’lingwi differenti. Illum, kważi kulħadd jista’ jaqra l-​Bibbja, joqgħod fejn joqgħod u b’liema lingwa jrid.

3. Ġeħova kif ipproteġa l-​Bibbja?

Il-​Bibbja ġiet miktuba fuq materjal li jispiċċa malajr, bħal ġilda u materjal minn pjanta jisimha papiru. Imma rġiel li kienu jħobbu l-​Bibbja kkupjawha kemm-​il darba biex ma tintilifx. Minkejja li nies ta’ awtorità pruvaw jeqirdu l-​Bibbja, oħrajn kienu lesti li jirriskjaw ħajjithom biex jipproteġuha. Ħadd u xejn ma waqqaf lil Ġeħova milli jwasslilna l-​messaġġ. Il-​Bibbja tgħid: ‘Il-​kelma t’Alla tibqa’ għal dejjem.’​—Isaija 40:8.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem iktar dwar kif Alla uża rġiel biex jiktbu l-​Bibbja, kif ipproteġieha, u kif għamel ċert li n-​nies jista’ jkollhom kopja.

4. Il-​Bibbja tgħidilna min kitibha

Ara l-​VIDJOW. Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:​16, u ddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Jekk in-​nies kitbu l-​Bibbja, għala ngħidulha l-​Kelma t’Alla?

  • Temmen li Alla għadda l-​ħsibijiet tiegħu lin-​nies biex jiktbuhom? Għala taħseb hekk?

Persuna tista’ tagħti lis-segretarju messaġġ x’jikteb. Bl-istess mod, in-nies kitbu l-Bibbja, imma l-messaġġ tagħha kien minn Alla

5. Il-​Bibbja baqgħet teżisti

Jekk il-​Bibbja ġejja minn Alla, aħna nistennew li hu jipproteġiha. Maż-​żmien rajna li nies li għandhom l-​awtorità pruvaw jeqirdu l-​Bibbja. Xi mexxejja reliġjużi pruvaw jaħbuha min-​nies. Imma ħafna nies iffaċċjaw l-​oppożizzjoni u rriskjaw ħajjithom biex jipproteġu l-​Bibbja. Biex nieħdu eżempju, ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

  • Issa li taf kemm in-​nies kienu lesti li jipproteġu l-​Bibbja, tinteressak iktar biex taqraha? Għala taħseb hekk?

Aqra Salm 119:​97, u mbagħad iddiskuti:

  • Xi mmotiva lil ħafna biex jirriskjaw ħajjithom ħalli jittraduċu u jqassmu l-​Bibbja?

6. Ktieb għal kulħadd

Il-​Bibbja hi l-​iktar ktieb li qatt ġie ppubblikat mad-​dinja kollha f’lingwi differenti. Aqra Atti 10:​34, 35, u mbagħad iddiskuti:

  • Alla għala jrid li l-​Kelma tiegħu tkun ippubblikata mad-​dinja kollha b’ħafna lingwi?

  • X’jogħġbok mill-​Bibbja?

Fid-​dinja kważi

kulħadd

għandu Bibbja

f’lingwa li jifhem

Teżisti f’iktar minn

3,000

lingwa

b’mod sħiħ jew partijiet minnha

5,000,000,000

L-​ammont ta’ Bibbji li bejn wieħed u ieħor ġew ippubblikati,

li hu ħafna iktar minn kull ktieb ieħor

ĦAFNA JGĦIDU: “Il-​Bibbja hija ktieb antik li kitbuh in-​nies.”

  • Int x’taħseb?

  • X’juri li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Bibbja hi l-​Kelma t’Alla u hu għamel ċert li kulħadd jista’ jkollu waħda.

X’Tgħallimt

  • Xi tfisser li Alla uża lin-​nies biex jiktbu l-​Bibbja?

  • Minn dak li tgħallimt f’din il-​lezzjoni, x’għoġbok dwar il-​Bibbja?

  • Kif tħossok li sirt taf li Alla għamel sforz kbir biex jitkellem miegħek?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Aqra dwar l-​istorja tal-​Bibbja kif minn dokumenti antiki ġiet fil-​lingwi tal-​lum il-​ġurnata.

“Il-​Bibbja Kif Baqgħet Teżisti sal-​Lum?” (Artiklu minn Stenbaħ!)

Sir af kif il-​Bibbja baqgħet teżisti minkejja tliet problemi kbar.

“Il-​Bibbja​—L-​istorja ta’ kif baqgħet teżisti” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 4 2016)

Ara kif nies oħra rriskjaw ħajjithom biex jittraduċu l-​Bibbja.

Huma kellhom apprezzament kbir għall-​Bibbja (14:26)

Il-​Bibbja spiss ġiet ikkupjata u meqluba f’ħafna lingwi. Kif tista’ tkun ċert li l-​messaġġ t’Alla ma nbidilx?

“Il-​Bibbja ġiet mibdula?” (Artiklu fuq jw.org)

a Bħalma se niddiskutu f’Lezzjoni 07, l-​ispirtu qaddis huwa l-​forza attiva t’Alla.