LEZZJONI 07
X’Tip ta’ Persuna Hu Ġeħova?
Meta taħseb fuq Alla Ġeħova, x’jiġi f’moħħok? Taħseb li tant hu importanti u ’l bogħod minna li hu impossibbli li ssir tafu? Jew taħseb li hu xi ħadd b’saħħtu li m’għandux emozzjonijiet? Fil-verità, Ġeħova x’tip ta’ persuna hu? Il-Bibbja tgħidilna l-kwalitajiet ta’ Ġeħova. Tgħidilna wkoll li jinteressah u jimpurtah minnek.
1. Għala ma nistgħux narawh lil Alla?
“Alla hu Spirtu.” (Ġwanni 4:24) Ġeħova m’għandux ġisem fiżiku bħal tagħna. Hu Spirtu li jgħix fis-sema, jiġifieri f’post li ma nistgħux naraw.
2. X’inhuma xi kwalitajiet ta’ Ġeħova?
Aħna ma nistgħux naraw lil Ġeħova. Imma meta nsiru nafuh, se nħobbuh għax hu għandu kwalitajiet sbieħ. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova jħobb il-ġustizzja, u lil-leali tiegħu ma jitlaqhomx.” (Salm 37:28) Ukoll, “Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena,” speċjalment lejn dawk li jbatu. (Ġakbu 5:11) “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur [jew skuraġġiti] isalvahom.” (Salm 34:18) Kont taf li Ġeħova jiġi affettwat b’dak li nagħmlu? Hu jħossu diżappuntat u mdejjaq meta persuna tagħmel affarijiet ħżiena. (Salm 78:40, 41) Imma hu jkun ferħan meta persuna tagħmel dak li hu tajjeb.—Aqra Proverbji 27:11.
3. Ġeħova kif jurina li jħobbna?
L-ikbar kwalità ta’ Ġeħova hi l-imħabba. Fil-fatt, “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Ġeħova juri li jħobbna permezz tal-Bibbja u l-affarijiet li ħalaq. (Aqra Atti 14:17.) Aħseb fuq kif ħalaqna. Ħalaqna b’tali mod li nistgħu naraw il-kuluri sbieħ, nisimgħu l-mużika, u nduqu ikel tajjeb. Hu jridna nieħdu pjaċir bil-ħajja.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af kif Ġeħova jagħmel affarijiet tal-għaġeb. Imbagħad ara kif Ġeħova jurina l-kwalitajiet sbieħ tiegħu.
4. L-ispirtu qaddis hu l-qawwa t’Alla
Bħalma aħna nużaw idejna biex nagħmlu xi ħaġa, Ġeħova juża l-ispirtu qaddis tiegħu. Il-Bibbja turi li l-ispirtu qaddis mhuwiex persuna, imma l-qawwa, jew il-forza attiva, li Alla juża biex jagħmel dak li jixtieq. Aqra Luqa 11:13 u Atti 2:17, u mbagħad iddiskuti:
-
Alla se jagħti l-ispirtu qaddis lil dawk li jitolbu għalih. Allura, taħseb li l-ispirtu qaddis hu persuna jew il-qawwa t’Alla? Għala taħseb hekk?
Ġeħova juża l-ispirtu qaddis tiegħu biex jagħmel affarijiet tal-għaġeb. Aqra Salm 104:30 u t-2 Pietru 1:20, 21, u mbagħad iddiskuti:
-
X’inhuma xi modi li Ġeħova uża l-ispirtu qaddis tiegħu?
5. Ġeħova għandu kwalitajiet sbieħ
Mosè kien qaddej leali t’Alla, imma xorta waħda ħass li kellu jsir jaf lill-Ħallieq aħjar. Allura Mosè qallu: ‘Ġegħelni nkun naf triqatek, ħalli nkun nafek.’ (Eżodu 33:13) Ġeħova wieġbu billi qallu x’tip ta’ persuna hu. Aqra Eżodu 34:4-6, u mbagħad iddiskuti:
-
Ġeħova xi kwalitajiet wera lil Mosè?
-
Liema kwalitajiet ta’ Ġeħova jogħġbuk l-iżjed?
6. Ġeħova jinteressah min-nies
L-Iżraelin, li kienu n-nies t’Alla fl-antik, kienu skjavi fl-Eġittu. Kif ħassu Ġeħova meta n-nies tiegħu kienu qed ibatu? Isma’ l-AWDJO u ara mill-Bibbja tiegħek jew aqra Eżodu 3:1-10. Imbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet li ġejjin.
-
Dan ir-rakkont x’juri dwar kif iħossu Ġeħova meta n-nies ibatu?—Ara l-versi 7 u 8.
-
Taħseb li Ġeħova vera jrid u kapaċi jgħin lin-nies? Għala taħseb hekk?
7. Il-ħolqien juri l-kwalitajiet ta’ Ġeħova
Ġeħova juri l-kwalitajiet tiegħu mill-affarijiet li ħalaq. Ara l-VIDJOW. Imbagħad aqra Rumani 1:20, u ddiskuti l-mistoqsija li ġejja.
-
Mill-affarijiet li għamel Ġeħova, liema kwalitajiet tara?
ĦAFNA JGĦIDU: “Alla qiegħed kullimkien imma diffiċli biex issir tafu b’mod personali.”
-
Inti x’taħseb?
-
Għala taħseb hekk?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova hu Spirtu b’ħafna kwalitajiet sbieħ. L-ikbar waħda minnhom hi l-imħabba.
X’Tgħallimt
-
Għala ma nistgħux naraw lil Ġeħova?
-
X’inhu l-ispirtu qaddis?
-
Semmi xi kwalitajiet ta’ Ġeħova.
ARA IŻJED
Tgħallem iżjed dwar erba’ kwalitajiet importanti ta’ Ġeħova.
“Xi kwalitajiet għandu Alla?” (It-Torri tal-Għassa Nru. 1 2019)
Ara x’juri li Ġeħova mhuwiex kullimkien.
“Jinsab Alla kullimkien, omnipreżenti?” (Artiklu fuq jw.org)
Il-Bibbja għala tqabbel l-ispirtu qaddis ma’ jdejn Alla?
Raġel li ma jistax jara sabha diffiċli jemmen li Alla jħobbu. Sir af x’għenu jbiddel kif iħossu.
“Issa nħoss li nista’ ngħin lil oħrajn” (It-Torri tal-Għassa, Novembru-Diċembru 2015)