Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 09

Bit-Talb Issir Iżjed Ħabib t’Alla

Bit-Talb Issir Iżjed Ħabib t’Alla

Tħoss li għandek bżonn lil xi ħadd biex jgħinek f’ħajtek? Trid min jgħinek biex issolvi l-​problemi tiegħek? Għandek bżonn lil xi ħadd biex tiftaħ qalbek miegħu u tħossok aħjar? Tixtieq tagħmel iżjed ħbieb ma’ Ġeħova? It-​talb se jgħinek f’dawn l-​affarijiet kollha. Imma kif għandna nitolbu? Jisma’ Alla t-​talb kollu? Kif tista’ tkun ċert li se jisma’ t-​talb tiegħek? Ejja naraw.

1. Lil min għandna nitolbu, u dwar xiex?

Ġesù għallimna biex nitolbu lil Missierna tas-​sema biss. Anke Ġesù talab lil Ġeħova. Hu qal: “Hekk, mela, itolbu: ‘Missierna fis-​smewwiet . . . ’” (Mattew 6:9) Meta nitolbu lil Ġeħova, insiru iżjed ħbieb tiegħu.

Nistgħu nitolbu lil Alla dwar kollox. Imma biex iwieġeb it-​talb tagħna rridu nitolbuh skont dak li jrid hu. ‘Kulma nitolbu skond ir-​rieda t’Alla, hu jismagħna.’ (1 Ġwanni 5:14) Ġesù tana eżempji tajbin għal xiex nistgħu nitolbu. (Aqra Mattew 6:​9-​13.) Tajjeb li nitolbu dwar affarijiet persunali. Imma m’għandniex ninsew nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak li għamel għalina u nitolbuh biex jgħin lil oħrajn.

2. Kif għandna nitolbu?

Il-​Bibbja tinkuraġġina biex ‘inferrgħu qalbna quddiem Alla.’ (Salm 62:8) Allura Alla jixtieq li niftħu qalbna miegħu fit-​talb. Aħna nistgħu nitolbu f’qalbna jew b’leħen għoli, meta rridu u fejn irridu. Ġeħova ma jgħidilniex li għandna nitolbuh f’ċertu pożizzjoni. L-​iktar ħaġa importanti hi li nuruh rispett.

3. Alla kif iwieġeb it-​talb tagħna?

Hu jagħmel dan b’ħafna modi. Meta naqraw il-​Bibbja, Ġeħova jwieġeb ħafna mill-​mistoqsijiet tagħna. Il-​Bibbja “tagħti l-​għerf lil min hu bla esperjenza.” (Salm 19:7; aqra Ġakbu 1:5.) Hu jista’ jgħinna biex ikollna moħħna mistrieħ meta jkollna l-​problemi. Hu jista’ juża wkoll il-​qaddejja tiegħu biex jgħinuna meta jkollna bżonn.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af kif tista’ titlob b’mod li jogħġob lil Alla u kif it-​talb jista’ jgħinek.

4. Alla kif jixtieqek titlob?

Alla liema talb jisma’? Ara l-​VIDJOW.

Ġeħova jridna nitolbu lilu. Aqra Salm 65:​2, u mbagħad iddiskuti:

  • Taħseb li “Semmiegħ it-​talb” irid li int titlob lilu? Għala taħseb hekk?

Irridu nipprovaw ngħixu kif irid Alla jekk irridu li jisma’ t-​talb tagħna. Aqra Mikea 3:4 u l-1 Pietru 3:​12, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se jisma’ t-​talb tagħna?

Waqt gwerra, iż-​żewġ naħat jitolbu biex jirbħu. Jagħmel sens li Alla jwieġeb it-​talb tagħhom?

5. Irridu nitolbu mill-​qalb

Xi nies tgħallmu biex dejjem jitolbu l-​istess. Imma Alla kif iridna nitolbu? Aqra Mattew 6:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tista’ tevita li “tirripeti l-​istess ħaġa” meta titlob?

Kuljum tista’ taħseb fuq xi ħaġa li tista’ tirringrazzja lil Ġeħova għaliha. Ipprova aħseb f’xi ħaġa differenti kuljum għal ġimgħa. Jekk tagħmel hekk, se titlob dwar seba’ affarijiet differenti mingħajr ma tirrepeti.

Missier tajjeb ikun irid li t-tfal tiegħu jiftħu qalbhom miegħu. Bl-istess mod, Ġeħova jridna nitolbuh mill-qalb

6. It-​talb hu rigal mingħand Alla

It-​talb kif jista’ jgħinna speċjalment f’sitwazzjoni diffiċli? Ara l-​VIDJOW.

Il-​Bibbja twegħedna li t-​talb se jgħinna biex ikollna moħħna mistrieħ. Aqra Filippin 4:​6, 7, u mbagħad iddiskuti:

  • Għalkemm it-​talb ma jneħħix il-​problemi tagħna, kif se jgħinna?

  • Liema affarijiet tixtieq titlob dwarhom?

Kont taf?

Il-​kelma “ammen” tfisser “hekk ikun” jew “ċertament.” Minn żminijiet Bibliċi ’l hawn, talba dejjem spiċċat “b’ammen.”​—1 Kronaki 16:36.

7. Agħmel ċert li titlob

Kultant, tant ikollna x’nagħmlu li ninsew nitolbu. It-​talb kemm kien importanti għal Ġesù? Aqra Mattew 14:23 u Marku 1:​35, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġesù x’għamel biex ikollu ħin jitlob?

  • Meta hu tajjeb għalik biex titlob?

ĦAFNA JGĦIDU: “It-​talb kemm jgħinek tħossok aħjar, u xejn iżjed.”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Talb mill-​qalb iressaqna eqreb t’Alla, jgħinna nkunu moħħna mistrieħ, u jagħtina s-​saħħa li għandna bżonn biex nobdu lil Ġeħova.

X’Tgħallimt

  • Lil min għandna nitolbu?

  • Kif għandna nitolbu?

  • It-​talb kif jgħinna?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sib tweġibiet għal mistoqsijiet li ħafna jsaqsu dwar it-​talb.

“Seba’ Affarijiet Importanti Dwar it-​Talb” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

Sir af għala għandek titlob u kif it-​talb tiegħek jista’ jkun aħjar.

“Għala għandi nitlob?” (Artiklu fuq jw.org)

Ara x’tgħallem il-​Bibbja dwar lil min irridu nitolbu.

“Għandi Nitlob lill-​Qaddisin?” (Artiklu fuq jw.org)

Minn din il-​kanzunetta, ara tagħmilx differenza fejn u meta titlob.

Itlob f’kull ħin (1:​22)