Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 45

Xi Jfisser li Tkun Newtrali?

Xi Jfisser li Tkun Newtrali?

Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex ‘ma jkunux parti mid-​dinja.’ (Ġwanni 15:19) Dan ifisser li nkunu newtrali, jiġifieri li ma nżommu ma’ ħadd fil-​politika jew fil-​gwerer. Dan mhux dejjem ikun faċli. In-​nies jistgħu jidħqu bina għax nibqgħu newtrali. Imma kif nistgħu nibqgħu newtrali u leali lejn Ġeħova?

1. Il-​Kristjani veri x’jaħsbu dwar il-​gvernijiet?

Il-​Kristjani jirrispettaw il-​gvernijiet. Bħalma qal Ġesù, aħna ‘nagħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari.’ Dan ifisser li aħna nobdu l-​liġijiet tal-​pajjiż, bħal li nħallsu t-​taxxi. (Marku 12:17) Il-​Bibbja tgħidilna li l-​gvernijiet qed imexxu għax Ġeħova jħallihom. (Rumani 13:1) Allura nifhmu li l-​gvernijiet għandhom inqas awtorità minn Alla. Aħna nafdaw f’Alla u fis-​Saltna tiegħu biex isolvu l-​problemi li hawn fuq l-​art.

2. Kif nistgħu nuru li aħna newtrali?

Bħal Ġesù, aħna ma nindaħlux fil-​politika. Meta n-​nies raw lil Ġesù jagħmel il-​mirakli, huma pprovaw jagħmluh sultan. Imma hu ma ħallihomx. (Ġwanni 6:​15) Għala? Għax iktar tard hu qal, “is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja.” (Ġwanni 18:36) Bħad-​dixxipli taʼ Ġesù, għandna ħafna modi kif nistgħu nuru li aħna newtrali. Pereżempju ma niġġildux fil-​gwerer. (Aqra Mikea 4:3.) Aħna nirrispettaw l-​affarijiet tal-​pajjiż, bħall-​bandiera, imma ma nagħtuhomx l-​istess rispett li nagħtu lil Alla. (1 Ġwanni 5:​21) Aħna ma nżommux ma’ xi partit politiku u lanqas nitkellmu kontrihom. Dawn huma xi ftit modi kif nuru li aħna leali biss lejn il-​gvern t’Alla, jiġifieri s-​Saltna tiegħu.

TGĦALLEM IŻJED

Ara sitwazzjonijiet li jistgħu jagħmluha diffiċli biex nibqgħu newtrali, u ara kif tistaʼ togħġob lil Ġeħova b’dak li tiddeċiedi.

3. Il-​Kristjani veri jibqgħu newtrali

Ġesù u d-​dixxipli tiegħu huma eżempju tajjeb għalina. Aqra Rumani 13:​1, 5-​7 u l-1 Pietru 2:​13, 14. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

  • Għala għandna nirrispettaw il-​gvernijiet?

  • Kif nistgħu nkunu sottomessi lejhom, jiġifieri nobduhom?

Fi gwerra, xi pajjiżi jgħidu li huma newtrali, imma jgħinu liż-​żewġ naħat. Allura xi jfisser li tkun newtrali? Aqra Ġwanni 17:16. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

  • Xi jfisser li tkun newtrali?

X’se tagħmel jekk il-​gvern jgħidlek biex tagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-​liġi t’Alla? Aqra Atti 5:​28, 29. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

  • Jekk il-​liġi tal-​gvern ma tkunx taqbel mal-​liġi t’Alla, liema rridu nobdu?

  • Tistaʼ taħseb f’xi sitwazzjonijiet fejn il-​Kristjani m’għandhomx jobdu mill-​gvern?

4. Uri li int newtrali b’dak li taħseb u tagħmel

Aqra l-1 Ġwanni 5:​21. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

  • Fil-​vidjow, Ayenge għala ddeċieda li ma jżommx maʼ partit politiku jew jieħu sehem f’affarijiet tal-​pajjiż, bħal li jsellem lill-​bandiera?

  • Taħseb li dak li ddeċieda kien tajjeb?

Liema sitwazzjonijiet jistgħu juru jekk aħniex newtrali jew le? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tistaʼ tibqaʼ newtrali meta tara sports bejn pajjiżi differenti?

  • Kif nistgħu nibqgħu newtrali anki meta niġu effettwati b’dak li jiddeċiedu l-​politikanti?

  • Dak li nisimgħu fl-​aħbarijiet jew ma’ min nagħmluha, kif jistaʼ jeffettwa n-​newtralità tagħna?

Il-​Kristjani meta għandhom jibqgħu newtrali f’dak li jaħsbu u jagħmlu?

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Intom għalfejn ma żżommu ma’ ħadd fil-​politika?”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Kristjani jagħmlu l-​aħjar li jistgħu biex b’dak li jaħsbu, jgħidu, u jagħmlu jibqgħu newtrali fil-​politika.

X’Tgħallimt

  • Kif għandna nittrattaw lill-​gvernijiet u sa liema punt għandna nobduhom?

  • Għala nibqgħu newtrali fil-​politika?

  • Liema sitwazzjonijiet juru jekk aħniex newtrali jew le?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

X’jistaʼ jkollna bżonn nagħmlu biex nibqgħu newtrali?

Ġeħova Qatt Ma Ddiżappuntana (3:​14)

Il-​familji x’jistgħu jagħmlu minn qabel biex jibqgħu newtrali?

Nibqgħu newtrali f’okkażjonijiet pubbliċi (4:​25)

Għala l-​aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel mhijiex li tiddefendi l-​pajjiż tiegħek?

“Kollox Hu Possibbli Għal Alla” (5:​19)

Ara kif ma tkunx parti mid-​dinja meta tiddeċiedi dwar ix-​xogħol.

“Kull Wieħed Iġorr it-​Tagħbija Tiegħu” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Marzu 2006)