Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 48

Agħżel Ħbieb Tajbin

Agħżel Ħbieb Tajbin

Ħabib kbir jgħinna nkunu iktar ferħanin meta kollox ikun sejjer tajjeb, u jkun hemm għalina fi żminijiet diffiċli. Imma l-​Bibbja tavżana li mhux kulħadd huwa ħabib tajjeb. Allura kif tistaʼ tagħżel ħbieb tajbin? Aħseb fuq il-​mistoqsijiet li ġejjin.

1. Kif jeffettwawk il-​ħbieb?

Huwa normali li nagħmlu u naħsbu bħal dawk li nagħmluha magħhom. Dawn jistgħu jeffettwawna kemm fit-​tajjeb u kemm fil-​ħażin. Ma jagħmilx differenza kif inqattgħu l-​ħin magħhom, dan jistaʼ jkun anki bl-​internet. Bħalma tgħid il-​Bibbja, “min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref, imma min qed jagħmilha maʼ l-​istupidi se jaħbatlu ħażin.” Il-​kelma stupidi tirreferi għal dawk li ma jħobbux lil Ġeħova. (Proverbji 13:20) Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u jaqduh jgħinuk tibqaʼ qrib tiegħu u tiddeċiedi tajjeb. Imma jekk inkunu close ma’ ħbieb li ma jħobbux lil Ġeħova, nistgħu nispiċċaw ma nħobbuhx aħna wkoll. Mela għalhekk il-​Bibbja tgħidilna biex nagħżlu ħbieb tajbin! Meta l-​ħbieb tagħna jħobbu lil Alla, aħna se ninfluwenzaw lil xulxin b’mod tajjeb. B’hekk, inkunu nistgħu ‘nibqgħu ninkuraġġixxu lil xulxin u nibnu lil xulxin.’​—1 Tessalonikin 5:​11.

2. Ġeħova kif iħossu bil-​ħbieb tiegħek?

Ġeħova jagħżel il-​ħbieb tiegħu sew. Hu għandu ħbiberija tajba ma’ nies tajbin. (Proverbji 3:​32) Ġeħova kif se jħossu jekk ikollna ħbieb li ma jħobbuhx? Hu żgur mhux se jħossu ferħan! (Aqra Ġakbu 4:4.) Imma Ġeħova jistaʼ jieħu pjaċir bina u jkun ħabib tagħna. Dan jistaʼ jsir jekk nagħżlu ħbieb tajbin u nipprovaw inkunu iktar ħbieb tiegħu u taʼ dawk li jħobbuh.​—Salm 15:​1-​4.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala hu importanti li jkollok ħbieb tajbin, u ara kif tistaʼ tagħmel ħbieb ma’ nies li se jgħinuk.

3. Oqgħod attent maʼ min tagħmilha

In-​nies li ma jħobbux lil Alla u l-​istandards tiegħu mhumiex ħbieb tajbin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Kif nistgħu nibdew nagħmluha ma’ nies ħżiena mingħajr ma nindunaw?

Aqra l-1 Korintin 15:​33, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib ħażin? Għala taħseb hekk?

Aqra Salm 119:​63, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib tajjeb?

Tuffieħa mħassra tħassar lill-​oħrajn. Kif jistaʼ ħabib ħażin jeffettwak?

4. Kun ħabib tajjeb maʼ nies differenti minnek

Il-​Bibbja titkellem dwar żewġ irġiel Iżraelin jisimhom David u Ġonatan. Huma ma kinux tampar xulxin u Ġonatan kien it-​tifel tas-​sultan. Imma xorta kienu ħbieb kbar. Aqra l-1 Samwel 18:​1, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​vers kif jurina li l-​ħbieb tagħna m’hemmx għalfejn ikunu tamparna jew tal-​istess background?

Aqra Rumani 1:​11, 12, u mbagħad iddiskuti:

  • Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, kif jistgħu jgħinu lil xulxin?

Fil-​vidjow, ara kif ħu żagħżugħ irnexxielu jagħmel ħbieb ma’ nies differenti. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Fil-​vidjow, il-​ġenituri taʼ Akil għala kienu inkwetati dwar il-​ħbieb li kellu fl-​iskola?

  • Fil-​bidu għala kien jieħu pjaċir ikun magħhom?

  • X’għamel biex ma jibqax iħossu waħdu?

5. Agħmel ħbieb tajbin

Tgħallem kif tistaʼ tagħmel ħbieb tajbin u kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb. Ara l-​VIDJOW.

Aqra Proverbji 18:24 u 27:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif jgħinu lil xulxin ħbieb taʼ vera?

  • Għandek ħbieb tajbin bħal dawn? Jekk le, kif jistaʼ jkollok ħbieb bħal dawn?

Aqra Filippin 2:​4, u mbagħad iddiskuti:

  • Biex ikollok ħbieb tajbin, int trid tkun ħabib tajjeb. Kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb?

Trid tkun ħabib tajjeb biex ikollok ħbieb tajbin

ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk il-​ħbieb jittrattawk tajjeb, ma tagħmilx differenza x’jemmnu.”

  • Int x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Meta noqogħdu attenti xi ħbieb ikollna, se jkun tajjeb għalina u Ġeħova se jieħu pjaċir bina.

X’Tgħallimt

  • Għala hu importanti għal Ġeħova x’tip taʼ ħbieb nagħżlu?

  • Maʼ min m’għandniex nagħmluha?

  • Kif jistaʼ jkollok ħbieb tajbin li jħobbu lil Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif ħbieb tajbin jistgħu jgħinuna meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli.

“Ibni ħbiberiji b’saħħithom qabel jiġi t-​tmiem” (It-​Torri tal-​Għassa, Novembru 2019)

X’għandek tkun taf dwar il-​ħbieb li jkollok fuq l-​internet?

Oqgħod attent meta tuża s-​social network (4:​12)

Fl-​istorja “Ixxennaqt Għal Missier,” sir af għala raġel għażel li jagħmel ħbieb ġodda.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 tʼApril 2012)