Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 52

Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru

Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru

Kulħadd għandu gosti differenti taʼ ħwejjeġ u kif jidher. Jekk nobdu l-​prinċipji tal-​Bibbja, nistgħu nilbsu dak li jogħġobna u fl-​istess ħin nogħġbu lil Ġeħova. Ejja niddiskutu ftit minn dawn il-​prinċipji.

1. Liema prinċipji se jgħinuk?

Il-​ħwejjeġ tagħna għandhom ikunu ‘adattati, modesti, u nagħżluhom b’moħħ f’loku.’ Aħna dejjem irridu nkunu nodfa ħalli oħrajn jaraw li aħna ‘nqimu lil Alla.’ (1 Timotju 2:​9, 10) Aħseb fuq dawn l-​erbaʼ prinċipji: (1) Dak li nilbsu għandu dejjem ikun “adattat.” Forsi meta mort il-​laqgħat, indunajt li l-​aħwa jilbsu differenti minn xulxin. Imma l-​ħwejjeġ u kif nagħmlu xagħarna dejjem juri rispett lil Alla. (2) Aħna nilbsu “bil-​modestja.” Dan ifisser li aħna ma nilbsux b’mod li jġiegħel lil oħrajn ikollhom ħsibijiet ħżiena u lanqas b’mod li jiġbed ħafna attenzjoni fuqna. (3) Aħna nuru “moħħ f’loku” meta ma nimxux ma’ kull moda jew stil li joħroġ. (4) Kif nidhru dejjem għandu juri b’mod ċar li aħna naqdu lill-​Alla l-​veru.​—1 Korintin 10:31.

2. Għala għandna naħsbu fl-​aħwa qabel ma niddeċiedu x’se nilbsu?

Kulħadd għandu d-​dritt jagħżel xi jrid jilbes. Imma għandna naħsbu jekk dak li se nilbsu hux se jkun taʼ problema għal oħrajn. Aħna nipprovaw ma nfixklu lil ħadd. Imma minflok, nipprovaw nogħġbu lil ħaddieħor ‘f’dak li hu tajjeb biex ngħinuh jinbena’ spiritwalment.​—Aqra Rumani 15:​1, 2.

3. Dak li nilbsu kif jistaʼ jħajjar lil oħrajn biex jitgħallmu dwar Ġeħova?

Aħna dejjem nipprovaw nilbsu tajjeb, imma l-​iżjed meta mmorru l-​laqgħat u fuq is-​service. Aħna rridu noqogħdu attenti li l-​mod kif nilbsu ma jfixkilx lin-​nies milli jisimgħu l-​aħbar tajba. Minflok, aħna rridu li dak li nilbsu jħajjar lin-​nies biex jitgħallmu dwar Alla. B’hekk, aħna nkunu qed nagħmlu “t-​tagħlim t’Alla” isbaħ.​—Titu 2:​10.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif oħrajn jindunaw li aħna Kristjani mill-​mod kif nilbsu u nidhru.

Kif nidhru juri jekk nirrispettawx nies li għandhom l-​awtorità. Għalkemm Ġeħova jara x’għandna f’qalbna, kif nidhru xorta jrid juri rispett lejh

4. Meta nidhru tajjeb nirrispettaw lil Ġeħova

X’inhi l-​ikbar raġuni għala għandna nidhru tajjeb? Aqra Rivelazzjoni 4:​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​fatt li aħna nirrappreżentaw lil Ġeħova, kif se jeffettwa x’nilbsu?

  • Taħseb li hemm għalfejn noqogħdu attenti kif nidhru meta mmorru l-​laqgħat jew is-​service? Għala taħseb hekk?

5. X’se jgħinna niddeċiedu x’nilbsu u kif nidhru?

Ara l-​VIDJOW.

Il-​ħwejjeġ tagħna dejjem għandhom ikunu nodfa u addattati għal fejn inkunu, kemm jekk ikunu għoljin u kemm jekk irħas. Aqra l-1 Korintin 10:24 u l-1 Timotju 2:​9, 10. Imbagħad, iddiskuti għala m’għandniex nilbsu ħwejjeġ li huma . . .

  • casual iżżejjed jew li jagħmluna nidhru żmattati.

  • issikkati ħafna u li jġiegħlu lil oħrajn ikollhom ħsibijiet ħżiena.

Il-​Kristjani m’għandhomx għalfejn jobdu l-​Liġi li Alla ta lil Mosè, imma minnha jistgħu jitgħallmu ħafna kif jaħsibha Ġeħova. Aqra Dewteronomju 22:​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala m’għandniex nilbsu b’mod li jagħmel l-​irġiel jidhru bħan-​nisa u n-​nisa bħall-​irġiel?

Aqra l-1 Korintin 10:​32, 33 u l-1 Ġwanni 2:​15, 16, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala għandu jimpurtana jekk l-​aħwa jew in-​nies fejn noqogħdu jiddejqux bil-​mod kif nilbsu?

  • Liema stil taʼ ħwejjeġ u moda huma popolari fejn toqgħod int?

  • Taħseb li hemm xi stili li mhux tajbin għall-​Kristjani? Għala taħseb hekk?

Nistgħu nilbsu stili differenti u xorta nogħġbu lil Ġeħova

ĦAFNA JGĦIDU: “Jien għandi d-​dritt nilbes li rrid.”

  • Int taqbel? Għala taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Meta nilbsu u nidhru tajjeb, inkunu qed nirrispettaw lil Ġeħova u lil oħrajn.

X’Tgħallimt

  • Għala hu importanti għal Ġeħova kif nidhru u x’nilbsu?

  • Liema prinċipji se jgħinuna niddeċiedu tajjeb?

  • Il-​mod kif nidhru kif jeffettwa x’jaħsbu n-​nies dwar il-​verità?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sir af x’jistgħu jaħsbu oħrajn meta jaraw il-​ħwejjeġ li tilbes.

“Jien kif nidher?” (Artiklu fuq jw.org)

Ara għala hu importanti li taħseb sew qabel tagħmel tattoo.

“X’Tgħid il-​Bibbja Dwar it-​Tatù?” (Artiklu fuq jw.org)

Aħseb fuq pariri oħra mill-​Bibbja li jgħinuna niddeċiedu.

“Il-​mod kif tilbes jigglorifika lil Alla?” (It-​Torri tal-​Għassa, Settembru 2016)

Mara li riedet togħġob lil Alla, kif tgħallmet taċċetta kif jilbsu oħrajn?

“Ix-​Xkiel Tiegħi Kien l-​Ilbies u d-​Dehra” (Stenbaħ!, 8 taʼ Jannar 2004)