Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 57

X’Jiġri Jekk Tagħmel Dnub Serju?

X’Jiġri Jekk Tagħmel Dnub Serju?

Int tħobbu ħafna lil Ġeħova u tipprova kemm tistaʼ biex ma tweġġgħux. Imma xorta kultant se tagħmel xi żbalji. Però hemm żbalji li huma ikbar minn oħrajn. (1 Korintin 6:​9, 10) Jekk tagħmel dnub serju, tinsiex li Ġeħova għadu jħobbok. Hu lest li jaħfirlek u jgħinek.

1. Xi rridu nagħmlu biex Ġeħova jaħfrilna?

Dawk li jħobbu lil Ġeħova jħossuhom imdejqin ħafna meta jindunaw li għamlu żball serju. Imma dawn iħossuhom aħjar b’dak li Ġeħova wiegħed lin-​nies tiegħu: ‘Għalkemm dnubietkom ikunu ħomor bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-​silġ.’ (Isaija 1:​18) Jekk veru jiddispjaċina, Ġeħova se jaħfrilna u se jinsa d-​dnub tagħna. Kif nuru li vera jiddispjaċina? Billi nieqfu nagħmlu dak li hu ħażin u nitolbu lil Ġeħova biex jaħfrilna. Imbagħad nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex inbiddlu l-​ħsibijiet ħżiena u l-​vizzji li wassluna biex nagħmlu d-​dnub. Irridu nipprovaw ukoll ngħixu skont il-​livelli taʼ Ġeħova.​—Aqra Isaija 55:​6, 7.

2. Ġeħova kif jgħinna permezz tal-​anzjani?

Meta nagħmlu dnub serju, Ġeħova jgħidilna biex ‘insejħu lill-​anzjani tal-​kongregazzjoni.’ (Aqra Ġakbu 5:​14, 15.) Dawn l-​anzjani jħobbu lil Ġeħova u lil dawk li jaqduh. Huma tgħallmu kif jistgħu jgħinuna biex jerġaʼ jkollna ħbiberija tajba maʼ Ġeħova.​—Galatin 6:1.

L-​anzjani kif jgħinuna jekk nagħmlu dnub serju? Żewġ anzjani jew tlieta juruna mill-​Bibbja għala dak li għamilna kien ħażin. Huma jinkuraġġuna u jagħtuna pariri tajbin biex jgħinuna ma nerġgħux nagħmlu l-​istess żball. Jistaʼ jkun li jgħidulna li ma nistgħux nieħdu sehem f’xi affarijiet fil-​kongregazzjoni sakemm jerġaʼ jkollna ħbiberija tajba maʼ Ġeħova. Jekk xi ħadd ma jiddispjaċihx taʼ li għamel, l-​anzjani jaqtgħuh mis-​sħubija biex ma jinfluwenzax lil oħrajn fil-​kongregazzjoni.

TGĦALLEM IŻJED

Apprezza iżjed kif Ġeħova jgħinek meta tagħmel dnub serju.

3. Kif se jgħinna li ngħidu d-​dnubiet tagħna?

Kull dnub li nagħmlu jweġġaʼ lil Ġeħova, allura jagħmel sens li ngħidulu x’għamilna. Aqra Salm 32:​1-​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta nagħmlu xi dnub, għala jkun tajjeb li ngħiduh lil Ġeħova minflok ma nipprovaw naħbuh?

Wara li ngħidu lil Ġeħova bid-​dnubiet li għamilna, ikun tajjeb li nsaqsu lill-​anzjani għall-​għajnuna. Dan se jgħinna nħossuna aħjar. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Fil-​vidjow, l-​anzjani kif għenu lil Canon jerġaʼ jsir ħabib taʼ Ġeħova?

Aħna rridu nkunu onesti mal-​anzjani u ngħidulhom b’kollox. Huma qegħdin hemm biex jgħinuna. Aqra Ġakbu 5:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu iktar faċli għall-​anzjani biex jgħinuna meta aħna nkunu onesti?

Għid id-​dnub tiegħek, kun onest mal-​anzjani, u aċċetta l-​għajnuna taʼ Ġeħova għax iħobbok

4. Il-​qtugħ mis-​sħubija se jgħin lil kulħadd

Jekk xi ħadd għamel dnub serju u ma jridx jobdi lil Ġeħova, ma jistax jibqaʼ parti mill-​kongregazzjoni. Hu jiġi maqtugħ mis-​sħubija u aħna ma nagħmluhiex miegħu u lanqas inkellmuh. Aqra l-1 Korintin 5:​6, 11 u t-2 Ġwanni 9-​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​ħmira teffettwa l-​għaġina kollha. Allura meta nagħmluha ma’ xi ħadd li ma jiddispjaċihx għal dak li għamel, kif se jeffettwa l-​kongregazzjoni?

Ħafna li kienu maqtugħin mis-​sħubija reġgħu ġew lura. Għala? Għalkemm kien diffiċli li kienu maqtugħin mis-​sħubija, dan għenhom jindunaw li dak li għamlu kien ħażin. (Salm 141:5) Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Fil-​vidjow, il-​qtugħ mis-​sħubija kif għen lil Sonja?

Li xi ħadd jiġi maqtugħ mis-​sħubija, kif . . .

  • iġib rispett lil Ġeħova?

  • juri li Ġeħova hu raġunevoli u jħobbna?

5. Ġeħova jaħfrilna meta vera jiddispjaċina

Ġesù ta eżempju biex jgħinna nifhmu kif Ġeħova jħossu meta xi ħadd vera jiddispjaċih. Aqra Luqa 15:​1-​7, u mbagħad iddiskuti:

  • Dan x’jgħallmek dwar Ġeħova?

Aqra Eżekjel 33:​11, u mbagħad iddiskuti:

  • X’hemm bżonn nagħmlu biex nuru li vera jiddispjaċina?

Bħal ragħaj, Ġeħova jieħu ħsieb sew in-​nagħaġ tiegħu

ĦAFNA JGĦIDU: “Nibżaʼ li jekk ngħid lill-​anzjani dwar id-​dnub li għamilt, nispiċċa maqtugħ mis-​sħubija.”

  • Kieku x’tgħid lil min iħossu hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Jekk nagħmlu dnub serju imma vera jiddispjaċina u nkunu determinati li ma nerġgħux niżbaljaw, Ġeħova se jaħfrilna.

X’Tgħallimt

  • Jekk nagħmlu dnub, għala jkun tajjeb li ngħidu lil Ġeħova?

  • X’hemm bżonn nagħmlu biex Ġeħova jaħfrilna meta nagħmlu xi dnub?

  • Jekk għamilna dnub serju, għala għandna nsaqsu l-​anzjani biex jgħinuna?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif Ġeħova ħafer lil raġel bħalma nsibu f’​Isaija 1:​18.

Qatt Tiddubitaw mill-​Ħniena taʼ Ġeħova (5:​02)

Li xi ħadd jiġi maqtugħ mis-​sħubija, kif se jgħin lil dawk kollha li jiġu effettwati?

“Li wieħed jiġi maqtugħ mis-​sħubija hu att taʼ mħabba” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Mejju 2015)

Sir af kif tistaʼ tispjega lil xi ħadd għala kultant persuna tiġi maqtugħa mis-​sħubija.

“Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova Jkeċċu lil Min Kien Jagħmel Parti mir-​Reliġjon Tagħhom?” (Artiklu fuq jw.org)

Fl-​istorja “Kelli bżonn nerġaʼ lura lejn Ġeħova,” sir af għala raġel li telaq mill-​verità ħass li Ġeħova reġaʼ għenu jiġi lura.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 tʼApril 2012)