Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 60

Ibqaʼ Miexi ’l Quddiem

Ibqaʼ Miexi ’l Quddiem

Int u tistudja l-​Bibbja, tgħallimt ħafna dwar Ġeħova u sirt tħobbu ħafna. X’aktarx diġà ddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova u tgħammidt. Jekk le, forsi se tagħmel dan dalwaqt. Imma wara l-​magħmudija int xorta trid tibqaʼ ssaħħaħ il-​ħbiberija tiegħek ma’ Ġeħova. Int dejjem tistaʼ ssir tafu aħjar. Kif?

1. Għala għandek tibqaʼ ssir taf lil Ġeħova aħjar?

Hemm bżonn nibqgħu naħdmu iebes biex insaħħu l-​ħbiberija tagħna ma’ Ġeħova. Għala? “Biex qatt ma ninġarru” ’l bogħod minnu. (Ebrej 2:1) Kif nistgħu nibqgħu naqdu lil Ġeħova mill-​qalb? Billi jkollna ħafna x’nagħmlu fl-​ippritkar u nfittxu modi kif nistgħu naqdu iktar lil Ġeħova. (Aqra Filippin 3:​16.) L-​aqwa ħajja li jistaʼ jkollna hi li naqdu lil Ġeħova!​—Salm 84:10.

2. X’għandek tkompli tagħmel?

Għalkemm din hi l-​aħħar lezzjoni tal-​istudju tiegħek, bħala Kristjan int xorta se tibqaʼ titgħallem dwar Ġeħova. Il-​Bibbja tgħid li għandna bżonn ‘nilbsu l-​personalità l-​ġdida.’ (Efesin 4:​23, 24) Kompli studja l-​Bibbja u mur il-​laqgħat biex titgħallem affarijiet ġodda dwar Ġeħova u l-​kwalitajiet tiegħu. Ara kif tistaʼ timita l-​kwalitajiet tiegħu aħjar. U kompli ara x’tistaʼ tirranġa biex tagħmel lil Ġeħova ferħan.

3. Ġeħova kif se jgħinek tibqaʼ miexi ’l quddiem?

Il-​Bibbja tgħid: ‘Alla stess se jtemm it-​taħriġ tagħkom, jissodakom, u jsaħħaħkom.’ (1 Pietru 5:​10) Kulħadd jiġi mħajjar biex jagħmel affarijiet ħżiena. Imma Ġeħova jtina dak kollu li għandna bżonn biex ma nagħmluhomx. (Salm 139:​23, 24) Hu jwegħedna li se jtina x-​xewqa u s-​saħħa biex naqduh b’lealtà.​—Aqra Filippin 2:​13.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif tistaʼ tibqaʼ tagħmel progress u kif Ġeħova se jbierkek.

4. Ibqaʼ tkellem u ismaʼ mill-​aqwa Ħabib tiegħek

Int stajt issir ħabib taʼ Ġeħova billi titolbu u tistudja l-​Bibbja. Dawn kif jgħinuk issir iżjed ħabib tiegħu?

Aqra Salm 62:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Biex issir iktar ħabib taʼ Ġeħova, it-​talb tiegħek kif jistaʼ jkun aħjar?

Aqra Salm 1:​2, u mbagħad iddiskuti:

  • Biex issir iktar ħabib taʼ Ġeħova, x’għandek tagħmel meta taqra l-​Bibbja?

X’tistaʼ tagħmel biex tistudja l-​Bibbja aħjar? Għal xi ideat, ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Liema ideat mill-​vidjow tistaʼ tuża?

  • Liema suġġetti tixtieq tistudja?

5. Ara kif tistaʼ taqdi lil Ġeħova aħjar

Meta tippjana biex taqdi lil Ġeħova aħjar, se jgħinek tibqaʼ tagħmel progress. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Meta Cameron għamlet pjanijiet biex taqdi iżjed lil Ġeħova, ħajjitha kif marret għall-​aħjar?

Mhux kulħadd jistaʼ jmur jipprietka f’pajjiż ieħor. Imma kollha kemm aħna nistgħu nagħmlu miri li nistgħu nilħquhom. Aqra Proverbji 21:​5, imbagħad ara x’miri tistaʼ tagħmel . . .

  • fil-​kongregazzjoni.

  • fil-​ministeru.

Il-​prinċipju fil-​vers kif jistaʼ jgħinek?

Miri li tistaʼ tipprova

  • Ara kif tistaʼ titlob aħjar.

  • Aqra l-​Bibbja kollha.

  • Ipprova sir af lill-​aħwa kollha fil-​kongregazzjoni tiegħek.

  • Ibda studju tal-​Bibbja ma’ xi ħadd.

  • Agħmel pijunier awżiljarju jew regulari.

  • Jekk int ħu, aħdem biex issir qaddej ministerjali.

6. Għix ħajja ferħana għal dejjem!

Aqra Salm 22:​26, u mbagħad iddiskuti:

  • X’tistaʼ tagħmel biex tgħix ħajja ferħana issa u għal dejjem?

XI DDISKUTEJNA?

Kompli sir iżjed ħabib taʼ Ġeħova u ara x’tistaʼ tagħmel biex taqdih aħjar. Imbagħad int se tkun tistaʼ tgħix ħajja ferħana għal dejjem!

X’Tgħallimt

  • Għala tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jgħinek tibqaʼ leali lejh?

  • Kif tistaʼ ssir iktar ħabib taʼ Ġeħova?

  • Il-​miri spiritwali kif se jgħinuk timxi ’l quddiem?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ġeħova x’jippreferi, li nagħmlu xi ħaġa kbira biex nuruh li aħna ddedikati lilu? Jew jippreferi li nkunu leali lejh ħajjitna kollha?

Kun leali bħal Abram (9:​20)

Anki xi ħadd li jaqdi lil Ġeħova jistaʼ ma jibqax ferħan. Ara kif tistaʼ tkun ferħan waqt li taqdi lil Ġeħova.

Erġa’ ikseb il-​ferħ permezz taʼ studju u meditazzjoni (5:​25)