Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tgħallimt mit-2 Parti

X’Tgħallimt mit-2 Parti

Iddiskuti dawn il-​mistoqsijiet maʼ min qed tistudja:

  1. Alla x’se jagħmel lir-​reliġjon falza?

    (Ara Lezzjoni 13.)

  2. Aqra Eżodu 20:​4-​6.

    • Ġeħova kif iħossu meta n-​nies jgħidu li jqimuh meta jużaw l-​istatwi?

      (Ara Lezzjoni 14.)

  3. Min hu Ġesù?

    (Ara Lezzjoni 15.)

  4. Liema kwalitajiet taʼ Ġesù jogħġbuk?

    (Ara Lezzjoni 17.)

  5. Aqra Ġwanni 13:​34, 35 u Atti 5:42.

    • Illum, min huma Kristjani veri? X’jikkonvinċik li huma Kristjani veri?

      (Ara Lezzjonijiet 18 u 19.)

  6. Min hu l-​kap tal-​kongregazzjoni, u kif imexxiha?

    (Ara Lezzjoni 20.)

  7. Aqra Mattew 24:14.

    • Din il-​profezija kif qed issir bħalissa?

    • Maʼ min tkellimt dwar l-​aħbar tajba?

      (Ara Lezzjonijiet 21 u 22.)

  8. Taħseb li l-​magħmudija hi mira importanti? Għala taħseb hekk?

    (Ara Lezzjoni 23.)

  9. Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek minn Satana u d-​dimonji?

    (Ara Lezzjoni 24.)

  10. Alla x’jixtieq għalina?

    (Ara Lezzjoni 25.)

  11. In-​nies għala jbatu u jmutu?

    (Ara Lezzjoni 26.)

  12. Aqra Ġwanni 3:16.

    • Ġeħova x’għamel biex isalvana mid-​dnub u l-​mewt?

      (Ara Lezzjoni 27.)

  13. Aqra Ekkleżjasti 9:5.

    • X’jiġri meta mmutu?

    • X’tama hemm għal dawk li mietu?

      (Ara Lezzjonijiet 29 u 30.)

  14. Is-​Saltna t’Alla kif inhi aħjar minn kull gvern ieħor?

    (Ara Lezzjonijiet 31 u 33.)

  15. Temmen li s-​Saltna t’Alla ġa qed tmexxi? Għala taħseb hekk? Meta bdiet tmexxi?

    (Ara Lezzjoni 32.)