Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Lest Jien?

Lest Jien?

Lest Jien Biex Nipprietka mal-Aħwa tal-Kongregazzjoni?

Tistaʼ tkun lest biex issir pubblikatur mhux mgħammed jekk . . .

  • B’mod regolari tistudja l-Bibbja, titlob u tmur il-laqgħat.

  • Tħobb u temmen dak li qed titgħallem, u tixtieq tgħid lil oħrajn dwaru.

  • Tħobb lil Ġeħova u tagħżel ħbieb li jħobbuh ukoll.

  • M’għadekx parti minn grupp politiku jew reliġjon falza.

  • Tgħix skont dak li jgħid Ġeħova u trid tkun wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.

Jekk taħseb li int lest biex tipprietka mal-aħwa tal-kongregazzjoni, maʼ min qed tistudja l-Bibbja jistaʼ jirranġa biex tiltaqaʼ mal-anzjani ħalli jiddiskutu miegħek kif tistaʼ tikkwalifika.

Lest Jien Biex Nitgħammed?

Tistaʼ tkun lest biex titgħammed jekk . . .

  • Int pubblikatur mhux mgħammed.

  • Tipprietka kemm tistaʼ b’mod regolari.

  • Tgħin “l-ilsir leali u għaqli” u tobdi l-istruzzjonijiet tagħhom.​—Mattew 24:​45-47.

  • F’talba ddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova u trid taqdih għal dejjem.

Jekk taħseb li int lest biex titgħammed, maʼ min qed tistudja l-Bibbja jistaʼ jirranġa biex tiltaqaʼ mal-anzjani ħalli jiddiskutu miegħek kif tistaʼ tikkwalifika.