Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBDA KONVERSAZZJONI

LEZZJONI 3

Uri Qalb Tajba

Uri Qalb Tajba

Prinċipju: “L-imħabba . . . qalbha tajba.”—1 Kor. 13:4.

Dak li Għamel Ġesù

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 9:​1-7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Ġesù x’għamel l-ewwel—fejjaq lir-raġel nieqes mid-dawl jew tkellem miegħu dwar l-aħbar tajba?—Ara Ġwanni 9:​35-38.

  2.   Għala taħseb li r-raġel kien lest li jismaʼ lil Ġesù?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Persuna x’aktarx se tismaʼ iktar dak li ngħidulha jekk tħoss li aħna jimpurtana minnha.

Imita lil Ġesù

3. Ipprova ifhem lill-persuna. Ipprova aħseb kif qed tħossha.

  1.    Staqsi lilek innifsek: ‘Fuq xiex jistaʼ jkun li qed tinkwieta? X’jistaʼ jinteressaha jew jgħinha?’ Dan se jgħinek biex b’mod sinċier turi qalb tajba.

  2.   Ismaʼ sew. Jekk tagħmel hekk, se turiha li jimpurtak minnha. Jekk il-persuna tgħidlek kif tħossha dwar xi ħaġa jew issemmi problema li tkun għaddejja minnha, iddawwarx is-suġġett.

4. Tkellem b’qalb tajba u b’rispett. Kif titkellem se juri lill-persuna li inti qed tħoss għaliha u li vera tixtieq tgħinha. Oqgħod attent x’tgħid u kif tgħidu, u evita kliem li jistaʼ jweġġaʼ.

5. Kun t’għajnuna. Ara x’tistaʼ tagħmel biex tgħin lill-persuna b’modi prattiċi. Meta nkunu qalbna tajba, x’aktarx il-persuna se tkun lesta li titkellem magħna.