Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBDA KONVERSAZZJONI

LEZZJONI 6

Egħleb il-Biżaʼ

Egħleb il-Biżaʼ

Prinċipju: “Huma ppritkaw bil-kuraġġ bl-awtorità taʼ Ġeħova.”—Atti 14:3.

Dak li Għamel Ġesù

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Luqa 19:​1-7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Xi nies għala forsi evitaw lil Żakkew?

  2.   X’kienet ir-raġuni għala Ġesù xorta ppritkalu?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Għandna bżonn il-kuraġġ biex nippritkaw lil kull tip taʼ nies dwar is-Saltna.

Imita lil Ġesù

3. Strieħ fuq Ġeħova. L-ispirtu t’Alla għen lil Ġesù biex jipprietka u anki lilek jistaʼ jgħin. (Mt. 10:​19, 20; Lq. 4:18) Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tegħleb il-biżaʼ u tipprietka lil dawk li tiddejjaq titkellem magħhom dwar il-Bibbja.—Atti 4:29.

4. Tiġġudikax lin-nies. Kultant forsi nżommu lura milli nitkellmu maʼ xi ħadd minħabba li jkun fqir jew sinjur, id-dehra tiegħu, it-tip taʼ ħajja li jgħix, jew dak li jemmen. Imma ftakar:

  1.    Aħna ma nistgħux naraw x’hemm fil-qalb bħal Ġeħova u Ġesù.

  2.   Ġeħova jistaʼ jgħin lil kulħadd.

5. Kun kuraġġuż imma oqgħod attent u uri rispett. (Mt. 10:16) Evita l-argumenti. B’rispett waqqaf il-konversazzjoni jekk il-persuna ma tridx tismaʼ jew ma tħossokx komdu.—Prov. 17:14.