Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KOMPLI IBNI L-INTERESS

LEZZJONI 9

Ipprova Ifhem lill-Persuna

Ipprova Ifhem lill-Persuna

Prinċipju: “Ifirħu maʼ dawk li huma ferħanin; ibku maʼ dawk li jibku.”—Rum. 12:15.

Dak li Għamel Ġesù

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Marku 6:​30-34. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Ġesù u l-appostli għala xtaqu “jkunu waħedhom”?

  2.   Ġesù għala ħass li għandu jgħallem lill-folla?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Meta nipprovaw nifhmu lin-nies se nkunu rridu ngħinuhom u mhux biss ngħidulhom bl-aħbar tajba.

Imita lil Ġesù

3. Ismaʼ sew. Ħalli lill-persuna tesprimi ruħha. Jekk tkun qed titkellem twaqqafhiex u tinjorax kif tkun qed tħossha, x’qed jinkwetaha, jew dak li ma taqbilx miegħu. Billi toqgħod attent, inti turiha li jimpurtak minn dak li taħseb.

4. Aħseb dwar il-persuna li qed turi interess. Minn dak li sirt taf dwarha staqsi lilek innifsek:

  1.    ‘Għala għandha bżonn tkun taf il-verità?’

  2.   ‘Jekk tistudja l-Bibbja, kif se jgħinha f’ħajjitha u biex ikollha futur aħjar?’

5. Tkellem dwar affarijiet li jistgħu jgħinuha. Uriha kemm jistaʼ jkun malajr kif studju tal-Bibbja jistaʼ jwieġeb il-mistoqsijiet tagħha u jgħinha b’ħafna modi.