Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

AGĦMEL DIXXIPLI

LEZZJONI 11

Għallem b’Mod Sempliċi

Għallem b’Mod Sempliċi

Prinċipju: “[Uża] kliem li jinftiehem faċilment.”—1 Kor. 14:9.

Dak li Għamel Ġesù

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Mattew 6:​25-27. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.   a. Ġesù liema eżempju uża biex jurina kemm Ġeħova jimpurtah minna?

  2.  b. Għalkemm Ġesù kien jaf ħafna dettalji dwar l-għasafar, liema dettall sempliċi semma? Dan għala kien mod tajjeb kif jgħallem?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Meta ngħallmu b’mod sempliċi, in-nies se jiftakru dak li ngħallmuhom u se jaffettwahom.

Imita lil Ġesù

3. Titkellimx ħafna. Minflok ma ssemmi dak kollu li taf dwar is-suġġett, iffoka fuq il-materjal li qed tistudja. Meta ssaqsi mistoqsija, stenna bil-paċenzja għat-tweġiba. Jekk ma jkunx jaf it-tweġiba jew jgħid xi ħaġa kontra dak li tgħid il-Bibbja, uża iktar mistoqsijiet biex tgħinu jifhem. Meta l-istudent jifhem il-punt għaddi għall-punt li jmiss.

4. Uża dak li jaf l-istudent biex tgħallmu affarijiet ġodda. Pereżempju, qabel tibda l-lezzjoni dwar l-irxoxt tistaʼ ssemmi fil-qosor dak li diġà tgħallem dwar il-kundizzjoni tal-mejtin.

5. Uża l-eżempji sew. Qabel tuża eżempju staqsi lilek innifsek:

  1.   a. ‘L-eżempju li se nuża sempliċi?’

  2.  b. ‘L-istudent se jifhmu mill-ewwel?’

  3.  ċ. ‘L-istudent se jifhem il-punt jew l-eżempju biss?’