Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

APPENDIĊI A

Veritajiet li Nieħdu Pjaċir Ngħallmu

Veritajiet li Nieħdu Pjaċir Ngħallmu

Ġesù qal li nies sinċiera se jagħrfu l-verità meta jisimgħuha. (Ġw. 10:​4, 27) Għalhekk, meta nitkellmu man-nies inkunu nixtiequ naqsmu magħhom veritajiet mill-Bibbja. Ipprova agħmel dan billi ssaqsi: “Kont taf li . . . ?” jew “Ġieli smajt li . . . ?” Imbagħad uża l-iskrittura (jew l-iskritturi) li hemm mas-suġġett. Meta taqsam verità mill-Bibbja maʼ xi ħadd, tkun qed tiżraʼ żerriegħa f’qalb il-persuna u Alla jistaʼ jkabbarha!—1 Kor. 3:​6, 7.

 IL-FUTUR

  1. 1. Dak li qed jiġri madwarna u l-mod kif qed jaġixxu n-nies juri li l-affarijiet dalwaqt se jinbidlu.—Mt. 24:​3, 7, 8; Lq. 21:​10, 11; 2 Tim. 3:​1-5.

  2. 2. Id-dinja qatt mhu se tinqered.—Salm 104:5; Ekk. 1:4.

  3. 3. Mhux se jkun hemm iktar temp estrem u l-art se ssir ġenna.—Is. 35:​1, 2; Riv. 11:18.

  4. 4. Kulħadd se jkollu saħħa perfetta.—Is. 33:24; 35:​5, 6.

  5. 5. Int tistaʼ tgħix għal dejjem fuq l-art.—Salm 37:29; Mt. 5:5.

 FAMILJA

  1. 6. Raġel miżżewweġ għandu “jħobb lil martu bħalu nnifsu.”—Efes. 5:33; Kol. 3:19.

  2. 7. Mara miżżewġa għandha turi rispett kbir lejn ir-raġel tagħha.—Efes. 5:33; Kol. 3:18.

  3. 8. Raġel u mara miżżewġin għandhom ikunu leali lejn xulxin.—Mal. 2:16; Mt. 19:​4-6, 9; Ebr. 13:4.

  4. 9. Tfal li jirrispettaw u jobdu lill-ġenituri tagħhom se jirnexxu.—Prov. 1:​8, 9; Efes. 6:​1-3.

NASA, ESA and the Hubble Heritage Team (STScI/AURA)-ESA/Hubble Collaboration. Licensed under CC BY 4.0. Source.

 ALLA

  1. 10. Alla għandu isem.—Salm 83:18; Ġer. 10:10.

  2. 11. Alla tana messaġġ importanti.—2 Tim. 3:​16, 17; 2 Pt. 1:​20, 21.

  3. 12. Alla hu ġust.—Dt. 10:17; Atti 10:​34, 35.

  4. 13. Alla jrid jgħinna.—Salm 46:1; 145:​18, 19.

 TALB

  1. 14. Alla jridna nitolbuh.—Salm 62:8; 65:2; 1 Pt. 5:7.

  2. 15. Il-Bibbja tgħallimna kif nitolbu.—Mt. 6:​7-13; Lq. 11:​1-4.

  3. 16. Irridu nitolbu spiss.—Mt. 7:​7, 8; 1 Tess. 5:17.

 ĠESÙ

  1. 17. Ġesù kien l-aqwa għalliem u l-pariri tiegħu għadhom tajbin għalina llum.—Mt. 6:​14, 15, 34; 7:12.

  2. 18. Ġesù tkellem dwar affarijiet li qed jiġru llum.—Mt. 24:​3, 7, 8, 14; Lq. 21:​10, 11.

  3. 19. Ġesù hu t-Tifel t’Alla.—Mt. 16:16; Ġw. 3:16; 1 Ġw. 4:15.

  4. 20. Ġesù mhux Alla li Jistaʼ Kollox.—Ġw. 14:28; 1 Kor. 11:3.

Based on NASA/Visible Earth imagery

 IS-SALTNA T’ALLA

  1. 21. Is-Saltna t’Alla hi gvern fis-sema.—Dan. 2:44; 7:​13, 14; Mt. 6:​9, 10; Riv. 11:15.

  2. 22. Is-Saltna t’Alla se tmexxi minflok il-gvernijiet li hawn fuq l-art.—Salm 2:​7-9; Dan. 2:44.

  3. 23. Is-Saltna t’Alla biss tistaʼ ssolvi l-problemi tan-nies.—Salm 37:​10, 11; 46:9; Is. 65:​21-23.

 TBATIJA

  1. 24. Alla ma jġegħelniex inbatu.—Dt. 32:4; Ġak. 1:13.

  2. 25. Satana qed imexxi d-dinja.—Lq. 4:​5, 6; 1 Ġw. 5:19.

  3. 26. Alla jaf bit-tbatija tiegħek u jrid jgħinek.—Salm 34:​17-19; Is. 41:​10, 13.

  4. 27. Alla dalwaqt se jtemm it-tbatija.—Is. 65:17; Riv. 21:​3, 4.

 MEWT

  1. 28. Il-mejtin ma jafu xejn u mhux qed ibatu.—Ekk. 9:5; Ġw. 11:​11-14.

  2. 29. Il-mejtin ma jistgħux jgħinuna jew jagħmlulna l-ħsara.—Salm 146:4; Ekk. 9:​6, 10.

  3. 30. Il-maħbubin tagħna se jiġu rxoxtati.—Ġob 14:​13-15; Ġw. 5:​28, 29; Atti 24:15.

  4. 31. “Ma jkunx hemm iżjed mewt.”—Riv. 21:​3, 4; Is. 25:8.

 RELIĠJON

  1. 32. Mhux ir-reliġjonijiet kollha jogħġbu lil Alla.—Ġer. 7:11; Mt. 7:​13, 14, 21-23.

  2. 33. Alla jobgħod l-ipokresija.—Is. 29:13; Mik. 3:11; Mk. 7:​6-8.

  3. 34. Ir-reliġjon vera tingħaraf mill-imħabba.—Mik. 4:3; Ġw. 13:​34, 35.