Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Satana meta tkeċċa mis-​sema?—Riv. 12:1-9.

Għalkemm il-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni ma jagħtix iż-​żmien preċiż tat-​tkeċċija taʼ Satana, fih tissemma serje taʼ ġrajjiet li jistgħu jgħinuna nikkalkulaw meta tkeċċa mis-​sema. L-​ewwel fost il-​ġrajjiet hemm it-​twelid tas-​Saltna Messjanika. Wara dan, “faqqgħet gwerra fis-​sema,” li wasslet biex Satana jitlef u fl-​aħħarnett jitkeċċa mis-​sema.

L-Iskrittura timmarka b’mod ċar l-​1914 bħala s-​sena meta ntemmu “ż-​żminijiet stabbiliti tal-​ġnus” u ġiet stabbilita s-​Saltna. a (Lq. 21:24) Wara dan, kemm damet ma faqqgħet il-​gwerra fis-​sema, li rriżultat fit-​tkeċċija taʼ Satana?

“Id-​dragun [Satana] baqaʼ wieqaf quddiem il-​mara li kienet waslet biex tiled,” jistqarr Rivelazzjoni 12:4, “sabiex, malli tiled, jiblaʼ lit-​tarbija tagħha.” Dan juri li Satana ried jeħles malajr mis-​Saltna li kienet għadha kif twieldet, li kieku kien possibbli dak il-​ħin stess li twieldet. Għalkemm l-​intervent taʼ Ġeħova ma ħalliex lil Satana jwettaq l-​intenzjoni mill-​agħar tiegħu, Satana kien determinat u deċiż fl-​isforz tiegħu biex jagħmel ħsara lis-​Saltna li kienet għadha kif ġiet stabbilita. Għalhekk, jagħmel sens li “Mikiel u l-​anġli tiegħu” ma kinux se jaħlu ħin biex jaġixxu u jneħħu lid-​“dragun u l-​anġli tiegħu” mis-​sema sabiex is-​Saltna ma ssirilha ebda ħsara. Dan jissuġġerixxi li t-​telfa u t-​tkeċċija taʼ Satana seħħew ftit wara t-​twelid tas-​Saltna fl-​1914.

Fattur ieħor li rridu nikkunsidraw hu l-​irxoxt tal-​Kristjani midlukin, li—bħalma tindika l-​evidenza Skritturali—beda ftit wara li ġiet stabbilita s-​Saltna. b (Riv. 20:6) Ladarba ħadd mill-​aħwa midlukin taʼ Kristu ma jingħad li qed jakkumpanja lil Ġesù fil-​battalja mad-​dragun u l-​anġli tiegħu, il-​gwerra fis-​sema u t-​tkeċċija taʼ Satana u d-​demonji tiegħu kellhom ikunu lesti saż-​żmien meta beda l-​irxoxt taʼ ħut Kristu.

Għalhekk, mela, il-​Bibbja ma tirrivelax iż-​żmien eżatt meta Satana u d-​demonji tiegħu tkeċċew mis-​sema. Minkejja dan, huwa evidenti li din il-​ġrajja ġiet eżatt wara li Ġesù Kristu tqiegħed fuq it-​tron fis-​sema fl-​1914.

[Noti taʼ taħt]

b Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2007, paġni 27-28, paragrafi 9-13.