Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tfittxija għat-Tweġibiet

Tfittxija għat-Tweġibiet

“Kważi kulħadd għandu xi teorija dwar min hu [Ġesù]. Għandna kemm għandna fidi jew dubji, ilkoll nistaqsu, ‘Min hu dan ir-​raġel?’”​—L-​AWTUR STAN GUTHRIE.

IN-​NIES għandhom kurżità dwar Ġesù. Kotba dwaru saru popolari ħafna. Films dwaru għamlu suċċess kbir. Madankollu, ħafna għad għandhom mistoqsijiet dwar Ġesù. In-​nies għandhom opinjonijiet differenti dwar min kien verament Ġesù.

Ftit snin ilu, żewġ ġurnalisti stiednu lin-​nies biex iwieġbu fuq l-​Internet il-​mistoqsija, “Min kien Ġesù?” Fost it-​tweġibiet kien hemm dawn li ġejjin:

● “Milli jidher kien rabbi (għalliem) li għex ħajja taʼ mogħdrija.”

● “Kien raġel ordinarju li għex ħajja straordinarja.”

● “M’hemm l-​ebda prova li Ġesù eżista.”

● “Ġesù hu l-​Iben t’Alla li twieled, miet, u qam mill-​mewt biex jeħlisna minn dnubietna. Hu ħaj illum, u se jerġaʼ jiġi fuq l-​art.”

● “Jien nemmen li Ġesù Kristu hu l-​uniku iben t’Alla, uman għalkollox u divin għalkollox, it-​tnejn fl-​istess ħin.”

● “Ġesù hu ħrafa għall-​adulti li jaħsbuha bħat-​tfal.”

Jidher ċar li opinjonijiet daqstant differenti ma jistgħux ikunu kollha korretti. Hemm xi sors taʼ informazzjoni li nistgħu noqogħdu fuqu u li jistaʼ jagħti tweġibiet taʼ min jafdahom għall-​mistoqsijiet tagħna dwar Ġesù? Il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista jemmnu li l-​Bibbja hi l-​Kelma t’Alla u li hi biss tgħidilna l-​verità kollha dwar Ġesù. a2 Timotju 3:16.

Fl-​artiklu li jmiss se nikkunsidraw it-​tweġibiet mill-​Bibbja għal xi mistoqsijiet komuni dwar Ġesù. Hu nnifsu qal li t-​triq għas-​salvazzjoni hi miftuħa għal “kulmin jeżerċita l-​fidi fih.” (Ġwanni 3:16) Nistidnuk teżamina t-​tweġibiet u mbagħad tiddeċiedi għalik innifsek jekk għandekx bżonn titgħallem iktar dwar Ġesù u kif teżerċita fidi fih.

[Nota ta’ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 2, “Il-​Bibbja—Ktieb Mingħand Alla,” fil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.