Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mosè Jirċievi Inkarigu Speċjali

Mosè Jirċievi Inkarigu Speċjali

Għaż-​Żgħażagħ

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri prinċipali: Alla Ġeħova u Mosè

Sommarju: Ġeħova jinkariga lil Mosè biex joħroġ lill-​Iżraelin mill-​Eġittu.

1 ANALIZZA X-​XENI.—AQRA EŻODU 3:1-​14; 4:1-​17.

Iddeskrivi kif timmaġina d-​dehra tal-​għollieqa li qed taqbad.

․․․․․

Kif timmaġina r-​reazzjoni taʼ Mosè—kemm minn wiċċu u kemm mill-​vuċi tiegħu—meta jismaʼ dak li qallu Alla, bħalma hu mniżżel f’​Eżodu 3:4?

․․․․․

X’emozzjonijiet “tismaʼ” fil-​vuċi taʼ Mosè hekk kif lil Ġeħova jagħmillu l-​mistoqsijiet miktubin f’​Eżodu 3:11, 13 u 4:1, 10?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Billi tuża l-​għajnuniet li għandek disponibbli għar-​riċerka, fittex iktar dwar il-​frażi “Jien se nsir dak li rrid insir.” (Eżodu 3:14) Ġeħova għala qal dan bi tweġiba għall-​mistoqsija taʼ Mosè rigward l-​isem Tiegħu? a

․․․․․

Għala taħseb li Mosè sabha bi tqila biex jitkellem mal-​Fargħun? (Ħjiel: Aqra Numri 12:3.)

․․․․․

Mosè għala għandu mnejn żamm lura biex jitkellem mal-​Iżraelin l-​oħrajn?

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB DAK LI TGĦALLIMT DWAR . . .

It-​tendenza umana li jkollok nuqqas taʼ fiduċja fik innifsek.

․․․․․

Il-​fiduċja li għandu Ġeħova fik u fl-​abbiltajiet tiegħek.

․․․․․

MODI OĦRAJN KIF JAPPLIKA.

F’ħajtek, fejn taħseb li għandek nuqqas taʼ fiduċja?

․․․․․

B’liema modi tistaʼ tkun utli għal Alla Ġeħova minkejja l-​limitazzjonijiet tiegħek?

․․․․․

4 LIEMA ASPETT MINN DAN IR-​RAKKONT IFISSER L-​IKTAR GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

Sabiex tniżżel u/jew tipprintja dan l-​artiklu, mur fuq is-​sit www.pr418.com

Jekk m’għandekx Bibbja, staqsi lix-​xhieda taʼ Ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-​sit www.watchtower.org

[Nota ta’ taħt]

a Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw diversi kotba u browxers li jistgħu jgħinuk tħaffer iktar fil-​fond fl-​istudju tiegħek tal-​Bibbja. Għal iktar informazzjoni, ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​lokalità tiegħek jew ikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista.