Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Bibbja—Hi Sempliċi Ktieb bħall-Oħrajn?

Il-Bibbja—Hi Sempliċi Ktieb bħall-Oħrajn?

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa . . . sabiex il-​bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.”​—2 TIMOTJU 3:16, 17.

XI NIES iżommu lura milli jagħmlu stqarrija bħal din dwar il-​Bibbja. Xi ngħidu għalik? Liema minn dawn li ġejjin jiddeskrivu l-​aħjar kif int tqis il-​Bibbja?

• Xogħol taʼ valur letterarju

• Waħda mill-​ħafna kotba qaddisa li għandhom l-​istess importanza

• Ktieb taʼ leġġendi li fihom tagħlima

• Il-​Kelma t’Alla

Mistoqsija rigward dan hi: Huwa importanti dak li temmen int? Ikkunsidra dak li l-​Bibbja tgħid dwarha stess: “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-​istruzzjoni tagħna, biex permezz tas-​sabar tagħna u permezz tal-​faraġ mill-​Iskrittura jkollna t-​tama.” (Rumani 15:4) B’hekk, il-​Bibbja tistqarr li l-​iskop tagħha hu li tgħallimna, tfarraġna, u tagħtina tama.

Madankollu, kieku l-​Bibbja kienet biss xogħol letterarju jew sempliċement waħda mill-​ħafna kotba qaddisa, se toqgħod fuqha biex tgħallmek jew biex tkun taʼ gwida għal familtek, speċjalment jekk il-​messaġġ tagħha jkun differenti minn dak li int taħseb li hu tajjeb? Kieku l-​Bibbja kienet ġabra taʼ ħrejjef, se tikseb faraġ u tama mill-​wegħdi tagħha?

Min-​naħa l-​oħra, miljuni taʼ nies li studjaw il-​Bibbja huma konvinti li l-​Kelma t’Alla hija unika. Għala? X’inhu li jagħmel il-​Bibbja differenti mill-​kotba l-​oħrajn kollha? Fl-​artikli li ġejjin, nistidnuk tikkunsidra ħames affarijiet li jagħmlu l-​Bibbja differenti minn kotba oħrajn.