Il-Profeziji Jitwettqu Dejjem
“Lanqas kelma waħda mill-kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset.”—ĠOŻWÈ 23:14.
IL-BIBBJA KIF INHI DIFFERENTI? Huwa magħruf sew li l-orakli taʼ żminijiet il-qedem bassru affarijiet li kienu ambigwi u mhux taʼ min joqgħod fuqhom, u l-oroskopji taʼ żmienna mhumiex aqwa minnhom. Il-futuroloġija hi bbażata fuq żviluppi moderni, u rari tipprova tbassar ġrajjiet speċifiċi minn sekli qabel. B’kuntrast, il-profeziji tal-Bibbja huma dettaljati u dejjem jitwettqu, anki jekk jgħidu “minn żmien twil ilu l-affarijiet li ma sarux.”—Isaija 46:10.
EŻEMPJU: Fis-sitt seklu Q.K., il-profeta Danjel ra viżjoni li bassret ir-rebħa rapida tal-Greċja fuq il-Medo-Persja. Bassret ukoll li malli s-sultan rebbieħ tal-Greċja ‘jsir setgħan,’ is-saltna tiegħu kellha ‘tinkiser.’ Min kien se jsaltan minfloku? Danjel kiteb: “Minn ġensu se jqumu erbaʼ saltniet, imma ma jkollhomx il-qawwa tiegħu.”—Danjel 8:5-8, 20-22.
X’JGĦIDU L-ISTUDJUŻI TAL-ISTORJA: Iktar minn 200 sena wara żmien Danjel, Alessandru l-Kbir sar is-sultan tal-Greċja. F’inqas minn għaxar snin, Alessandru għeleb lill-Imperu Medo-Persjan u estenda l-ħakma Griega sax-Xmara Indus (fil-Pakistan taʼ llum). Imma hu miet zoptu taʼ 32 sena. Finalment, battalja fil-viċinanzi taʼ Ipsus, fl-Asja Minuri, xoljiet l-imperu tiegħu. L-erbaʼ rebbieħa taʼ din il-battalja eventwalment qasmu l-Imperu Grieg bejniethom. Madankollu, ħadd minnhom ma sar setgħan daqs Alessandru.
INT X’TAĦSEB? Jistaʼ kwalunkwe ktieb ieħor jistqarr li l-profeziji li fih jitwettqu dejjem? Jew il-Bibbja hi ktieb uniku?
[Kumment f’paġna 4]
‘Tant hemm profeziji fil-Bibbja li huwa impossibbli li jitwettqu b’kumbinazzjoni.’—A LAWYER EXAMINES THE BIBLE, TAʼ IRWIN H. LINTON
[Sors tal-Istampa f’paġna 4]
© Robert Harding Picture Library/SuperStock