Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kont Taf?

Kont Taf?

It-tempju taʼ Ġerusalemm qatt reġaʼ nbena wara s-sena 70 E.K.?

ĠESÙ qal li ma kinitx se titħalla ġebla fuq oħra mit-tempju taʼ Ġeħova—profezija li twettqet meta l-armata Rumana mmexxija minn Titu qerdet lil Ġerusalemm fis-sena 70 E.K. (Mt. 24:2) Iktar tard, l-Imperatur Ġuljan kellu l-ħsieb li jerġaʼ jibni t-tempju.

Ġuljan hu magħruf bħala l-aħħar imperatur pagan taʼ Ruma. Dan in-neputi taʼ Kostantinu l-Kbir irċieva l-hekk imsejħa edukazzjoni Kristjana. Madankollu, wara li sar imperatur fis-sena 361 E.K., hu rrifjuta bil-miftuħ din l-edukazzjoni u l-forma korrotta taʼ Kristjanità taʼ żmienu u minflok ipprefera l-paganiżmu. Il-kotba tal-istorja jirreferu għalih bħala “l-Apostata.”

Ġuljan kien jobgħodha l-Kristjanità. Raġuni waħda setgħet kienet li meta kellu sitt snin, uħud li sostnew li huma Kristjani qatlu lil missieru u lil xi qraba oħrajn. Skont xi kittieba tal-istorja tal-knisja, Ġuljan inkuraġġixxa lil-Lhud biex jerġgħu jibnu t-tempju tagħhom għax emmen li dan kien se juri li Ġesù kien profeta falz. *

M’hemm ebda dubju li Ġuljan ried jerġaʼ jibni t-tempju, imma m’aħniex ċerti jekk attwalment reġax beda jibnih. U jekk fil-fatt ix-xogħol kien bdieh, m’aħniex ċerti dwar x’ġiegħlu jwaqqfu. Madankollu, ħaġa waħda hi ċerta—Ġuljan inqatel inqas minn sentejn wara li ħa l-poter, u t-tempju qatt ma reġaʼ nbena.

It-tempju kif setaʼ deher fi żmien Ġesù mqiegħed fuq is-sit tal-lum

^ Par. 5 Ġesù ma qalx li t-tempju qatt ma kien se jerġaʼ jinbena imma li kellu jinqered, u fil-fatt hekk ġara fis-sena 70 E.K.