Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Ara Xi Ġmiel ta’ Stampi!”

“Ara Xi Ġmiel ta’ Stampi!”

Kemm-il darba għedtu dan il-kliem lilek innifsek jew lil oħrajn meta ftaħt ħarġa ġdida taʼ din ir-rivista? L-istampi u r-ritratti sbieħ li huma preparati b’reqqa kbira qegħdin hemm bi skop. Huma jgħinuna nitgħallmu billi jġegħluna naħsbu u nħossu. Jistgħu jkunu t’għajnuna speċjalment meta nippreparaw għall-Istudju tat-Torri tal-Għassa u nipparteċipaw fih.

Pereżempju, aħseb ftit dwar għala ntgħażlet l-ewwel stampa taʼ kull artiklu għall-istudju. X’turi? Kif torbot mat-titlu tal-artiklu jew mat-tema Skritturali? Għal kull stampa, aħseb dwar x’għandha x’taqsam maʼ dak li qed jiġi diskuss u dwar kif tistaʼ tgħinek f’ħajtek stess.

Il-ħu li jikkonduċi l-Istudju tat-Torri tal-Għassa għandu jagħti lill-membri tal-kongregazzjoni l-opportunità biex jikkummentaw fuq kull stampa, biex jgħidu kif din tapplika mal-istudju jew liema impatt ħalliet fuqhom b’mod personali. Kultant, mal-kliem taʼ mal-istampa jkun hemm numru taʼ paragrafu. Dan jgħin lil min jikkonduċi biex ikun jaf meta għandu jiddiskuti l-istampa. Meta ma jkunx hemm numru taʼ paragrafu, il-ħu jistaʼ jiddeċiedi meta għandha tiġi diskussa l-istampa. B’dan il-mod, ilkoll se nibbenefikaw bis-sħiħ minn dak li sar biex jgħin lill-qarrej iġib quddiem għajnejh il-lezzjonijiet li jinstabu fil-Kelma t’Alla.

Ħu poġġieha b’dan il-mod, “Wara li naqra artiklu li nkiteb b’mod mill-isbaħ, l-istampi jkunu bħaċ-ċirasa fuq il-kejk.”