Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦANDEK TITLOB?

In-nies għala jitolbu?

In-nies għala jitolbu?

Hu parti minn ħajtek it-talb? Għal ħafna nies hu, anke għal xi atei. Imma n-nies għala jitolbu? Skont stħarriġ li sar fi Franza, nofs iċ-ċittadini Franċiżi jitolbu jew kultant jimmeditaw “sempliċement biex iħossuhom aħjar.” Bħal ħafna Ewropej, huma ma jitolbux f’sens reliġjuż. Minflok, huma jfittxu “l-effett li jikkalma tat-talb.” Mill-banda l-oħra, xi kredenti jduru lejn Alla meta jkunu fil-bżonn biss u jippretendu tweġiba fil-pront għat-talb tagħhom.—Isaija 26:16.

Xi ngħidu għalik personalment? Taħseb li t-talb hu sempliċement mezz biex tirranġa ħsibijietek? Jekk int temmen f’Alla, tara l-effetti tat-talb f’ħajtek? Jew jidhirlek li talbek ma jinstemax? Il-Bibbja tistaʼ tgħinek tħares lejn it-talb bħala mezz prezzjuż biex tersaq qrib lejn Alla, u mhux biex tħossok aħjar.