Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Min verament jaħkem din id-​dinja?

Kieku Alla kien il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja, kien ikun hawn daqshekk tbatija?

Ħafna nies jemmnu li l-​Alla l-​veru hu l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja. Imma kieku dan kien minnu, kienet l-​art tkun mimlija daqshekk bit-​tbatija? (Dewteronomju 32:4, 5) Skont il-​Bibbja, id-​dinja hi fil-​kontroll taʼ xi ħadd mill-​agħar.​—Aqra l-​1 Ġwanni 5:19.

Kif kiseb il-​kontroll fuq l-​umanità xi ħadd mill-​agħar? Fil-​bidu tal-​istorja umana, anġlu ħadha kontra Alla u ħeġġeġ lill-​ewwel koppja umana biex tirribella wkoll. (Ġenesi 3:1-​6) Il-​koppja għażlet li tobdi lil dak l-​anġlu ribelluż, Satana, u b’hekk għamlitu l-​ħakkiem tagħha. Alla li Jistaʼ Kollox biss għandu d-​dritt li jkun il-​Ħakkiem, imma hu jrid li n-​nies jagħżlu l-​ħakma tiegħu għax iħobbuh. (Dewteronomju 6:6; 30:16, 19) B’dispjaċir, il-​biċċa l-​kbira tal-​umanità ġiet żvijata f’li tagħmel l-​istess għażla ħażina tal-​ewwel koppja umana.​—Aqra Rivelazzjoni 12:9.

Min se jsolvi l-​problemi tal-​umanità?

Se jippermetti Alla lil Satana jkompli l-​ħakma mill-​agħar tiegħu? Le! Alla se juża lil Ġesù biex ireġġaʼ lura l-​ħsara li għamel Satana.​—Aqra l-​1 Ġwanni 3:8.

Bl-​awtorità u l-​qawwa mogħtijin minn Alla, Ġesù se jeqred lil Satana. (Rumani 16:20) Imbagħad, Alla se jaħkem fuq l-​umanità u jagħti lir-​razza umana l-​ħajja ferħana u paċifika li oriġinalment ried jagħtihom.​—Aqra Rivelazzjoni 21:3-​5.