SUĠĠETT PRINĊIPALI | TIXTIEQ TISTUDJA L-BIBBJA?
Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma magħrufin sew għall-ippritkar pubbliku tagħhom. Imma kont taf li nikkonduċu programm taʼ studju tal-Bibbja globali wkoll?
Fl-2014, iktar minn 8,000,000 Xhud f’240 pajjiż ikkonduċew kważi 9,500,000 studju tal-Bibbja kull xahar. * Tabilħaqq, in-numru taʼ nies li jistudjaw il-Bibbja magħna jaqbeż il-popolazzjoni individwali taʼ xi 140 pajjiż!
Biex jagħmlu dan ix-xogħol edukattiv, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw kważi biljun u nofs Bibbja, ktieb, rivista, u għajnuna oħra għall-istudju tal-Bibbja kull sena—b’xi 700 lingwa! Dan l-isforz taʼ stampar bla paragun jippermetti lin-nies jistudjaw il-Bibbja bil-lingwa tal-għażla tagħhom.
TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET LI SPISS JIĠU MISTOQSIJIN DWAR IL-PROGRAMM TAGĦNA TAʼ STUDJU TAL-BIBBJA
Kif isir il-kors tal-istudju?
Naqbdu diversi suġġetti Bibliċi u neżaminaw versi Bibliċi li jkollhom x’jaqsmu maʼ dawk is-suġġetti. Pereżempju, il-Bibbja twieġeb mistoqsijiet bħal dawn: Min hu Alla? X’inhi l-personalità tiegħu? Għandu isem? Fejn jgħix? Nistgħu nersqu qrib lejh? L-isfida hi li nkunu nafu fejn għandna nfittxu fil-Bibbja għat-tweġibiet.
Biex ngħinu lin-nies isibu t-tweġibiet, normalment nużaw il-ktieb taʼ 224 paġna, Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? * Dan il-ktieb ġie disinjat speċifikament biex jgħin lin-nies jifhmu t-tagħlim bażiku tal-Bibbja. Jinkludi lezzjonijiet dwar Alla, Ġesù Kristu, it-tbatija tal-bniedem, l-irxoxt, it-talb, u ħafna iżjed suġġetti.
Meta u fejn jistaʼ jsir l-istudju?
L-istudju jistaʼ jsir f’ħin u f’post konvenjenti għalik.
Kemm idumu s-sessjonijiet taʼ studju?
Ħafna nies iħallu bejn wieħed u ieħor siegħa fil-ġimgħa biex jistudjaw il-Bibbja. Imma t-tul tal-istudju hu flessibbli. Nadattawh biex jidħol fl-iskeda tiegħek. Xi wħud jistudjaw għal 10 minuti jew kwarta kull ġimgħa.
Kemm jiswa flus il-kors?
Il-kors u l-materjali għall-istudju huma b’xejn. Dan hu fi qbil mal-istruzzjoni li Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.”—Mattew 10:8.
Kemm idum sejjer il-kors?
It-tul tal-kors tal-istudju jiddependi minnek. Il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? fih 19-il lezzjoni.Tistaʼ tkopri kwalunkwe waħda jew kollha kemm huma b’pass komdu għalik.
kolli nsir Xhud taʼ Ġeħova?
Le. Bir-rispett nagħrfu li kulħadd għandu d-dritt jagħżel x’jemmen. Madankollu, dawk li jiksbu għarfien bażiku tal-Bibbja jistgħu jagħżlu x’jemmnu għax ikunu informati.
Minn fejn nistaʼ nġib iżjed informazzjoni?
Il-Websajt jw.org/mt tipprovdi informazzjoni korretta dwar it-twemmin u l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Kif nistaʼ nitlob studju tal-Bibbja?
-
Agħmel rikjesta onlajn fuq www.pr418.com/mt.
-
Ikkuntattja lix-Xhieda taʼ Ġeħova fejn toqgħod int. Tistaʼ tfittex taħt “Xhieda taʼ Ġeħova” f’xi direttorju tat-telefown fl-inħawi tiegħek.