Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Minn fejn jiġi l-ħażen?

Min ipprova jġiegħel lil Ġesù jagħmel xi ħaġa ħażina?—Mattew 4:8-10

Normalment, in-nies iridu jkunu paċifiċi, onesti, u qalbhom tajba. Mela, għala spiss naraw il-vjolenza, l-inġustizzja, u l-krudeltà? Aħbarijiet li jkexkxu huma komuni. Hemm xi ħadd li qed jipprova jġiegħel lin-nies jaġixxu ħażin?—Aqra l-1 Ġwanni 5:19.

Għamel Alla lill-bnedmin b’tendenza għall-ħażen? Le, Alla Ġeħova ħalaq lill-bnedmin fix-xbieha tiegħu, b’tendenza li jimitaw l-imħabba t’Alla. (Ġenesi 1:27; Ġob 34:10) Iżda wkoll, Alla ta dinjità lill-bnedmin billi tahom rieda ħielsa. Meta l-ewwel ġenituri tagħna għażlu li jaġixxu ħażin, huma ċaħdu l-eżempju t’Alla u saru imperfetti. Aħna writna t-tendenza għall-ħażen mingħandhom.—Aqra Dewteronomju 32:4, 5.

Dejjem se jkollna l-ħażen magħna?

Alla jridna nirreżistu t-tendenzi ħżiena tagħna. (Proverbji 27:11) Għalhekk jgħallimna kif nevitaw li nagħmlu dak li hu ħażin u kif insibu ferħ veru. Iżda fil-preżent ma nistgħux nimitaw l-imħabba t’Alla perfettament.—Aqra Salm 32:8.

Għalkemm issa kullimkien miżgħud bil-ħażen, Alla qed jippermettih għal żmien limitat biex jagħti ċans lil kulħadd jara l-konsegwenzi taʼ niket li jġib. (2 Pietru 3:7-9) Madankollu, dalwaqt l-art se tkun mimlija b’nies ferħanin li jobdu lil Alla.—Aqra Salm 37:9-11.