Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Min Aħna?
Aħna niġu minn mijiet taʼ sfondi etniċi u għandna lingwi differenti. Madankollu, ilkoll għandna miri komuni. Iktar minn hekk, irridu nonoraw lil Ġeħova, l-Alla tal-Bibbja, u l-Ħallieq taʼ kollox. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nimitaw lil Ġesù Kristu u nħossuna kburin li nissejħu Kristjani. Kull wieħed u waħda minna jqattaʼ ħin fuq bażi regulari jgħin lin-nies jitgħallmu dwar il-Bibbja u dwar is-Saltna t’Alla. Peress li nagħtu xhieda, jew nitkellmu, dwar Alla Ġeħova u s-Saltna tiegħu, aħna magħrufin bħala x-Xhieda taʼ Ġeħova.
Skopri s-sit tagħna. Aqra l-Bibbja fuq l-Internet. Tgħallem iktar dwarna u dwar it-twemmin tagħna.