Il-Bibbja x’tgħid?
Ir-reliġjon ġiet ivvintata mill-bniedem?
XI NIES JEMMNU li r-reliġjon hi invenzjoni umana; oħrajn jaħsbu li Alla juża r-reliġjon biex tgħin lin-nies jersqu lejh. Int x’taħseb?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
Hemm “qima li hi nadifa u bla tinġis mill-ħarsa t’Alla tagħna u Missierna.” (Ġakbu 1:27) Reliġjon pura, jew vera, tiġi minn Alla.
XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-BIBBJA
Biex togħġob lil Alla, reliġjon għandha tkun ibbażata fuq il-verità tal-Bibbja.—Ġwanni 4:23, 24.
Reliġjonijiet ibbażati fuq ideat umani huma bla siwi.—Marku 7:7, 8.
Hemm bżonn tagħmel parti minn reliġjon?
INT X’TGĦID?
Iva
Le
Jiddependi
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-imħabba u l-għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien.” (Ebrej 10:24, 25) Alla jrid li l-aduraturi tiegħu jinġabru flimkien bħala grupp organizzat.
XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-BIBBJA
Dawk li jqimu lil Alla flimkien għandhom ikunu magħqudin fit-twemmin.—1 Korintin 1:10, 11.
Membri tar-reliġjon li Alla japprova jifformaw fratellanza madwar id-dinja.—1 Pietru 2:17.