Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Int x’taħseb?

Int x’taħseb?

Tistaʼ l-​Bibbja tgħinek issir ħabib t’Alla?

XI NIES JEMMNU . . .

li ma jistgħux ikunu ħbieb t’Alla għax iħossu li huma midinbin. Oħrajn jgħidu li Alla ma jimpurtahx minna. Int x’taħseb?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla għandu ħbiberija mill-​qrib man-​nies ġusti. (Proverbji 3:32) Jekk nobdu lil Alla, aħna nistgħu nsiru l-​ħbieb tiegħu.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-​BIBBJA?

  • Alla jrid ikun il-​Ħabib tagħna.—Ġakbu 4:8.

  • Bħala l-​Ħabib tagħna, Alla hu lest li jgħinna u jaħfrilna.—Salm 86:5.

  • Il-​ħbieb t’Alla jħobbu dak li hu jħobb u jobogħdu dak li hu jobgħod.—Rumani 12:9.