Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Nistgħu nsiru nafuh lil Alla?

Nistgħu nsiru nafuh lil Alla?

Ħafna nies jgħidu li jemmnu f’Alla. Imma jekk tistaqsihom min hu Alla, se jagħtuk tweġibiet differenti. Għal xi wħud, Alla jiġġudika b’mod aħrax u moħħu biex jikkastiga lin-​nies għad-​dnubiet tagħhom. Għal oħrajn, Alla dejjem iħobb u lest li jaħfer, jagħmlu x’jagħmlu. Jerġaʼ oħrajn jemmnu li Alla hu ’l bogħod wisq u mhux interessat fina. Peress li hawn opinjonijiet ferm differenti, ħafna għandhom mnejn iħossu li hu impossibbli li jsiru jafu min hu Alla.

Hu importanti li tkun taf min hu Alla? Iva. Meta tkun taf lil Alla aħjar, il-​ħajja tistaʼ tkun iktar sinifikanti u bi skop. (Atti 17:26-28) Iktar ma tersaq qrib lejn Alla, hu iktar se jħobbok u jgħinek. (Ġakbu 4:8) Fl-​aħħar mill-​aħħar, jekk issir taf lil Alla sew tistaʼ tgħix għal dejjem.—Ġwanni 17:3.

Kif tistaʼ ssir tafu lil Alla? Aħseb dwar xi ħadd li taf sew, bħal ħabib tal-​qalb. Kif sirtu ħbieb? Aktarx li sirt taf x’jismu, il-​personalità tiegħu, xi jħobb u x’ma jħobbx, kif ukoll dak li għamel u x’jippjana li jagħmel, u ħafna iktar. Int inġbidt lejn dik il-​persuna għax sirt taf dwarha.

B’mod simili, aħna nistgħu nsiru nafu lil Alla billi nikkunsidraw dan li ġej:

Din ir-​rivista fiha t-​tweġibiet mill-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet. L-​artikli se jgħinuk titgħallem mhux biss min hu Alla imma wkoll x’hemm jistenniek hekk kif tiżviluppa relazzjoni persunali miegħu.