Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?

It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?

Meta Pamela ffaċċjat marda serja, hi fittxet għajnuna medika professjonali. Ukoll, hi talbet lil Alla biex isaħħaħha ħalli tissaporti din is-​sitwazzjoni diffiċli. Għenha t-​talb?

Pamela tispjega: “Meta kont għaddejja bit-​trattament tal-​kanser, spiss kont inħossni mbeżżgħa. Imma meta tlabt lil Alla Ġeħova, ħassejtni kalma u stajt niffaċċja s-​sitwazzjoni aħjar. Xorta għadni nbati b’ħafna wġigħ, imma t-​talb jgħinni nibqaʼ pożittiva. Meta n-​nies isaqsuni kif jien, ngħidilhom, ‘Għalkemm għadu m’għaddilix, xorta ferħana!’”

M’għandniex għalfejn nistennew li nimirdu serjament jew li niġu effettwati bi problemi kbar biex nitolbu. Meta niffaċċjaw il-​problemi, spiss kollha kemm aħna jkollna bżonn l-​għajnuna. Jistaʼ jgħinna t-​talb?

Il-​Bibbja tgħidilna biex inħallu l-​problemi tagħna maʼ Ġeħova. Hu dejjem se jkun hemm għalina u jagħtina l-​għajnuna li għandna bżonn. (Salm 55:22) Xi ħsieb inkuraġġanti! Allura kif jistaʼ jgħinek it-​talb? Meta titlob lil Alla bil-​mod li jixtieq hu, se jagħtik dak li għandek bżonn biex tiffaċċja l-​problemi tiegħek.—Ara l-​kaxxa “ Kif Se Jgħinek it-​Talb?