Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għandna Bżonn Dinja Aħjar!

Għandna Bżonn Dinja Aħjar!

António Guterres, segretarju ġenerali tal-​Ġnus Magħquda, qal: “Aħna qed ngħixu f’dinja mimlija problemi.” Inti taqbel maʼ dan?

L-​aħbarijiet mimlijin b’affarijiet koroh bħal:

  • Mard u pandemiji

  • Diżastri naturali

  • Faqar u ġuħ

  • Tinġis u global warming

  • Kriminalità, vjolenza u korruzzjoni

  • Gwerer

Għandna bżonn dinja aħjar, mimlija b’affarijiet bħal:

  • Saħħa perfetta

  • Kulħadd iħossu protett

  • Ikel għal kulħadd

  • Ambjent nadif

  • Ġustizzja

  • Paċi kullimkien

X’jiġifieri meta ngħidu dinja aħjar?

X’se jiġri mid-​dinja li qed ngħixu fiha bħalissa?

X’nistgħu nagħmlu biex ngħixu f’dinja aħjar?

Dan It-​Torri tal-​Għassa se jagħti tweġibiet mill-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet u oħrajn.