Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt sew il-​ħarġiet taʼ It-​Torri tal-​Għassa taʼ din is-​sena? Mela ara tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Ġakbu 5:11 liema garanzija jagħtina li “Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira” u li “hu mimli ħniena”?

Aħna nafu li Ġeħova hu ħanin għax hu lest li jaħfer in-​nuqqasijiet tagħna. Ġakbu 5:11 jagħtina garanzija wkoll li hu bi mħabba se jgħinna. Hu importanti li aħna nimitawh.—w21.01, p. 21.

Ġeħova għala għamel arranġament biex uħud ikollhom l-​awtorità?

Hu għamel dan għax iħobbna. Dan l-​arranġament jgħin il-​familja taʼ Ġeħova tkun organizzata u tibqaʼ magħquda. B’hekk, kull membru tal-​familja li japplika dan l-​arranġament ikun jaf min għandu jieħu l-​aħħar deċiżjoni u jara li qed titwettaq.—w21.02, p. 3.

Il-​Kristjani għaliex għandhom joqogħdu attenti meta jużaw apps biex jibagħtu u jirċievu l-​messaġġi?

Meta xi ħadd jagħżel li juża apps tal-​messaġġi, irid joqgħod attent xi ħbieb jagħżel. Dan jistaʼ jkun diffiċli fi grupp kbir. (1 Tim. 5:13) Ukoll hemm il-​periklu li xi ħadd ixerred stejjer li ma jkunux veri jew juża dawn l-​apps biex jipprova jagħmel il-​flus.—w21.03, p. 31.

X’inhuma xi raġunijiet għala Alla ħalla lil Ibnu jbati u jmut?

Raġuni waħda għala Ġesù kellu jmut fuq zokk kienet biex jeħles lil-​Lhud mis-​saħta. (Gal. 3:10, 13) It-​tieni raġuni kienet għax Ġeħova kien qed jippreparah għal meta jsir il-​Qassis il-​Kbir tagħna. U t-​tielet raġuni kienet biex Ġesù juri li bniedem jistaʼ jibqaʼ leali meta jgħaddi minn provi diffiċli. (Ġob 1:9-​11)—w21.04, pp. 16-​17.

X’tistaʼ tagħmel jekk qed issibha diffiċli ssib in-​nies id-​dar waqt il-​ministeru?

Tistaʼ tipprova tmur f’ħin li hemm iktar ċans li jkunu qegħdin id-​dar, tipprietka f’postijiet oħrajn, u b’modi differenti bħal pereżempju, tibgħat l-​ittri.—w21.05, pp. 15-​16.

L-​appostlu Pawlu x’ried ifisser meta qal: “Permezz tal-​liġi mitt għal-​liġi”? (Gal. 2:19)

Il-​Liġi Mosajka għamlitha ovvja li l-​bnedmin huma imperfetti u għenet lill-​Iżraelin jirrealizzaw li Ġesù hu l-​Messija. (Gal. 3:19, 24) Hu għalhekk li Pawlu aċċetta u poġġa l-​fidi f’Ġesù. B’hekk, Pawlu qal “mitt għal-​liġi,” jiġifieri, il-​liġi ma kellhiex iktar qawwa fuqu.—w21.06, p. 31.

Ġeħova kif hu l-​aqwa eżempju taʼ xi ħadd li ilu jissaporti?

Ġeħova qed jissaporti t-​tmaqdir fuq ismu, in-​nies li ma jaċċettawx lilu u t-​tmexxija tiegħu, ir-​ribelljoni taʼ wħud mit-​tfal tiegħu, il-​gideb tax-​Xitan, it-​tbatija li qed jgħaddu minnha l-​qaddejja tiegħu li tant iħobb, il-​firda mill-​ħbieb tiegħu li mietu, it-​tbatija li qed jikkaġunaw in-​nies mill-​agħar, u l-​ħsara li qed jagħmel il-​bniedem lid-​dinja.—w21.07, pp. 9-​12.

Liema eżempju tajjeb ħallielna Ġużeppi dwar il-​paċenzja?

Hu ssaporta inġustizzja mingħand ħutu. Dan wasal biex ikun akkużat b’mod falz u jiġi mitfugħ il-​ħabs fl-​Eġittu għal ħafna snin.—w21.08, p. 12.

Ħaggaj 2:6-​9, 20-​22 liema tip taʼ theżżiż bassar?

Il-​ġnus m’aċċettawx il-​messaġġ tas-​Saltna, imma ħafna nies aċċettaw il-​verità. Dalwaqt il-​ġnus se jitheżżu meta Ġeħova jeqridhom għal dejjem.—w21.09, pp. 15-​19.

Għala m’għandniex naqtgħu qalbna fix-​xogħol tal-​ippritkar?

Ġeħova jara l-​isforzi li nagħmlu u hu jkun kuntent bina. Jekk ma negħjewx jew naqtgħu qalbna se nirċievu l-​ħajja taʼ dejjem.—w21.10, pp. 25-​26.

Levitiku kapitlu 19 kif jgħinna napplikaw il-​parir: “Kunu . . . qaddisin fil-​kondotta kollha tagħkom”? (1 Pt. 1:15)

X’aktarx li Pietru kkwota minn Levitiku 19:2. Kapitlu 19 jipprovdilna ħafna eżempji taʼ kif nistgħu napplikaw l-​1 Pietru 1:15 fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum.—w21.12, pp. 3-​4.