Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kont Taf?

Kont Taf?

Għala kien taʼ għajnuna għall-​Iżraelin li Ġeħova aċċetta bħala sagrifiċċju kemm il-​gamiem kif ukoll il-​ħamiem?

FIL-​LIĠI Mosajka, Ġeħova aċċetta bħala sagrifiċċju kemm il-​gamiem kif ukoll il-​ħamiem. Fil-​liġi, dawn iż-​żewġ għasafar kienu jissemmew flimkien u l-​Iżraelin setgħu joffruhom bħala sagrifiċċju t-​tnejn li huma. (Lev. 1:14; 12:8; 14:30) Dan għala kien t’għajnuna? Raġuni waħda kienet li l-​gamiem ma kontx issibu s-​sena kollha. Għala le?

Gamiema

Għax il-​gamiem issibu f’Iżrael matul xhur sħan. Imma kull sena għall-​ħabta t’Ottubru jpassi lejn pajjiżi sħan fin-​naħa t’isfel u jerġgħu jmorru lura f’Iżrael fil-​bidu t’April. (Għan. 2:11, 12; Ġer. 8:7) Għalhekk, dak iż-​żmien, kien diffiċli għall-​Iżraelin biex joffru l-​gamiem bħala sagrifiċċju matul ix-​xhur tax-​xitwa.

Ħamiema

Mill-​banda l-​oħra, il-​ħamiem kont issibu f’Iżrael is-​sena kollha, għax normalment ma jpassix. Barra minn hekk, il-​ħamiem huwa għasfur li tistaʼ trabbih id-​dar. (Qabbel Ġwanni 2:14, 16.) Skont il-​ktieb Bible Plants and Animals, “f’kull villaġġ u raħal fil-​Palestina n-​nies kien ikollhom il-​ħamiem id-​dar. F’kull dar kont issib toqba tal-​barumbara, jiġifieri toqba fil-​ħajt, fejn l-​għasafar kienu jgħixu.”—Qabbel Isaija 60:8.

Ħamiema ġo toqba fil-​ħajt

B’dan, Ġeħova wera li hu mhux biss hu Alla taʼ mħabba imma wkoll raġonevoli, għax b’din il-​liġi l-​Iżraelin setgħu joffru għasafar bħala sagrifiċċju matul is-​sena kollha.