Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Alla Jwegħedna Saħħa Mentali Perfetta

Alla Jwegħedna Saħħa Mentali Perfetta

Fil-Bibbja, Alla jagħtina pariri li jistgħu jagħtu kuraġġ lil dawk li għandhom problema taʼ saħħa mentali.

Imma Alla se jagħmel iżjed minn hekk. Hu jwegħedna li se jneħħi darba għal dejjem kull ħaġa li ġġib problemi taʼ saħħa mentali.

Meta Alla jagħmel hekk, qatt mhu se tħossok imdejjaq u anzjuż, qatt ma se jkollok problema taʼ saħħa mentali, u qatt ma se tiftakar f’memorji koroh. Għax il-Bibbja twegħedna li ‘l-affarijiet taʼ qabel mhux se niftakruhom, u lanqas mhu se jweġġgħu l-qalb.’—Isaija 65:17.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova minn qalbhom lesti li jgħinuk biex issir taf meta u kif Alla se jagħmel din il-wegħda mill-isbaħ realtà.