Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Uża l-Website Aħjar

Uża l-Website Aħjar

Sib Artikli li Kienu Fuq il-Home Page tal-Website

L-artikli li jkun hemm fuq il-home page ta’ jw.org jgħinu lil ħafna aħwa fis-service. Dawn huma faċli biex tibagħthom lil xi ħadd, u ħafna drabi jitkellmu dwar kif l-affarijiet li qed jiġru qed iwettqu profeziji tal-Bibbja. Ħu qal li dawn l-artikli huma “eżatt dak li għandna bżonn għat-tip taʼ service li qed nagħmlu bħalissa.”

Imma l-artikli dejjem jinbidlu. Allura kif tistaʼ ssib l-artikli li ma jibqgħux fuq il-home page?

  • Fil-home page taʼ jw.org, agħfas “Ara Iktar” li qiegħda fuq in-naħa taʼ fuq tal-paġna. Jew jekk qed tuża mowbajl qiegħda taħt l-artikli “Taʼ Interess.” Din il-link tieħdok fil-paġna “Artikli li Kienu Fuq il-Home Page” u hemm se ssib iktar artikli.

  • Fuq jw.org jew fuq JW Library, mur “Librerija,” imbagħad “Serje t’Artikli,” u “Iktar Suġġetti.” Hemm se ssib ħafna artikli li kienu jidhru fuq il-home page.