Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Mistoqsija li Lkoll Nistaqsu

X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Mistoqsija li Lkoll Nistaqsu

Kieku tkun tixtieq tmur f’post fejn qatt ma mort, x’tagħmel?

  1. 1. Taqbad timxi u tara tasalx fil-post?

  2. 2. Timxi wara n-nies, tittama li jkunu jafu t-triq?

  3. 3. Tfittex f’xi ħaġa li tistaʼ toqgħod fuqha, bħal GPS, mappa, jew issaqsi ħabib li jkun jaf it-triq?

Jekk nagħżlu waħda mill-ewwel tnejn jaf naslu xi mkien imma mhux bilfors fejn nixtiequ. Imma jekk nagħżlu t-tielet waħda nistgħu nkunu ċerti li se naslu fil-post it-tajjeb.

Il-ħajja tagħna qisha mixja li kulħadd jittama li twasslu għal futur sabiħ. Jekk naslux hemmhekk jiddependi ħafna fejn infittxu għall-għajnuna meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet.

Ħafna mid-deċiżjonijiet żgħar li nieħdu mhumiex importanti. Però, hemm deċiżjonijiet kbar li huma importanti u dawn se jaffettwaw ħajjitna. Dawn id-deċiżjonijiet importanti juru dak li aħna nqisu tajjeb u ħażin. Kemm jekk tajbin u kemm jekk ħżiena, dawn id-deċiżjonijiet se jeffettwaw għal ħafna żmien lilna u lil dawk li nħobbu. Dawn jistgħu jkunu deċiżjonijiet dwar:

  • Is-sess u ż-żwieġ

  • L-onestà, ix-xogħol, u l-flus

  • Kif trabbi t-tfal

  • Kif tittratta lil oħrajn

Kif tistaʼ tkun ċert li d-deċiżjonijiet li tieħu se jwasslu biex int u l-familja tiegħek ikollkom futur sabiħ?

Il-mistoqsija li lkoll nistaqsu hi: X’se jgħinni nieħu deċiżjonijiet tajbin dwar dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin?

Din ir-rivista se tispjega għala nistgħu nafdaw dak li l-Bibbja tgħid li hu tajjeb u ħażin, u kif din tistaʼ tgħinna.