Mistoqsijiet mill-qarrejja
Eżekjel kapitlu 37 jiddeskrivi żewġ bsaten li saru bastun wieħed. Dan xi jfisser?
Permezz tal-profeta Eżekjel, Ġeħova bassar li n-nies tiegħu kellhom imorru lura lejn l-Art Imwiegħda u jerġgħu jingħaqdu bħala ġens wieħed. Din il-profezija bassret ukoll li dawk li jqimu lil Alla matul l-aħħar jiem kienu se jkunu magħqudin bħala poplu wieħed.
Ġeħova qal lill-profeta tiegħu Eżekjel biex jikteb fuq żewġ bsaten. Fuq bastun wieħed kellu jikteb, “Għal Ġuda u għal sħabu, ulied Israel,” u fuq l-ieħor, “Għal Ġużeppi, il-bastun t’Efrajm, u sħabu, id-dar kollha taʼ Israel.” Iż-żewġ bsaten kellhom isiru “bastun wieħed” f’id Eżekjel.—Eżekjel 37:15-17.
Dewteronomju 33:13, 17; 1 Slaten 11:26) Dak it-tribù ħareġ minn Efrajm, bin Ġużeppi. (Numri 1:32, 33) Ġużeppi kien irċieva barka speċjali mingħand missieru, Ġakobb. Allura kien xieraq li “l-bastun t’Efrajm” irrappreżenta s-saltna b’għaxar tribujiet fit-Tramuntana. Fis-sena 740 QK, ħafna qabel ma Eżekjel ipprofetizza, l-Assirjani rebħu lis-saltna tal-Iżrael fit-Tramuntana u ħadu n-nies fil-jasar. (2 Slaten 17:6) Snin wara, il-Babiloniżi rebħu lill-Assirjani. Għalhekk, meta Eżekjel kiteb il-profezija dwar iż-żewġ bsaten, il-maġġorparti minn dawk l-Iżraelin kienu mxerrda mal-Imperu Babiloniż.
It-terminu “Efrajm” xi jfisser? It-tribù t’Efrajm kien l-iktar wieħed prominenti mill-għaxar tribujiet tas-saltna tal-Iżrael fit-Tramuntana. Infatti, l-ewwel sultan li mexxa dik is-saltna, Ġerobogħam, kien mit-tribù t’Efrajm. (Fis-sena 607 QK, il-Babiloniżi rebħu s-saltna taʼ Ġuda b’żewġ tribujiet fin-Nofsinhar u ħadu lin-nies lejn Babilonja. Għandhom mnejn ħadu wkoll lil dawk li baqaʼ mis-saltna tal-Iżrael fit-Tramuntana. Is-slaten tas-saltna tan-Nofsinhar kienu mit-tribù taʼ Ġuda. Anki l-qassisin għexu f’Ġuda għax qdew fit-tempju f’Ġerusalemm. (2 Kronaki 11:13, 14; 34:30) Għalhekk, il-bastun li kien “għal Ġuda” kien xieraq li rrappreżenta s-saltna b’żewġ tribujiet fin-Nofsinhar.
Iż-żewġ bsaten meta ġew magħqudin flimkien? Dan ġara fis-sena 537 QK, meta rappreżentanti mis-saltna fin-Nofsinhar u mis-saltna fit-Tramuntana rritornaw Ġerusalemm mill-eżilju biex jerġgħu jibnu t-tempju. Il-ġens tal-Iżrael ma kienx baqaʼ maqsum. Għal darb’oħra, l-Iżraelin qiemu lil Ġeħova flimkien. (Eżekjel 37:21, 22) Din l-unità kienet imbassra mill-profeti Isaija u Ġeremija.—Isaija 11:12, 13; Ġeremija 31:1, 6, 31.
Il-profezija t’Eżekjel x’bassret dwar il-qima pura? Li Ġeħova jġiegħel lil dawk kollha li jqimu Lilu jsiru “wieħed.” (Eżekjel 37:18, 19) Seħħet din il-wegħda fi żminijiet reċenti? Iva. Il-profezija bdiet isseħħ fl-1919. Qabel dan, Satana kien ipprova jifred lin-nies t’Alla b’mod permanenti. Imma fl-1919, ġew organizzati u magħqudin mill-ġdid bil-mod il-mod.
F’dak iż-żmien, ħafna min-nies t’Alla kellhom it-tama li jsiru slaten u qassisin fis-sema maʼ Ġesù. (Rivelazzjoni 20:6) Huma kienu bħall-bastun taʼ Ġuda. Madankollu, kien hemm xi ftit li kellhom it-tama li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Hekk kif għadda ż-żmien, dawk li kellhom din it-tama żdiedu fl-għadd. (Żakkarija 8:23) Huma kienu bħall-bastun taʼ Ġużeppi.
Illum, iż-żewġ gruppi jaqdu lil Ġeħova flimkien. U għandhom Sultan wieħed, Ġesù Kristu. Fil-profezija t’Eżekjel, hu msejjaħ bħala “l-qaddej tiegħi David.” (Eżekjel 37:24, 25) Ġesù talab lil Missieru dwar is-segwaċi tiegħu: “Ħalli jkunu lkoll ħaġa waħda, . . . bħalma int, Missier, f’unjoni miegħi u jien f’unjoni miegħek.” * (Ara n-nota taʼ taħt.) (Ġwanni 17:20, 21) Ġesù bassar ukoll li l-merħla żgħira taʼ dixxipli midlukin kienu se “jsiru merħla waħda” man-“nagħaġ oħrajn” tiegħu. Ilkoll kemm huma kienu se jsegwu lir-“ragħaj wieħed.” (Ġwanni 10:16) Bħalma spjega Ġesù, in-nies kollha t’Alla llum huma magħqudin, kemm jekk qed iħarsu ’l quddiem li jgħixu għal dejjem fis-sema u kemm jekk fuq l-art!
^ par. 10 Meta Ġesù tkellem dwar is-sinjal tal-aħħar jiem, hu ta lid-dixxipli tiegħu diversi tixbihat. Hu taʼ interess li ninnotaw li hu l-ewwel irrefera għall-“ilsir leali u għaqli,” il-grupp żgħir t’aħwa midlukin li se jieħdu t-tmexxija fost in-nies t’Alla. (Mattew 24:45-47) Imbagħad ta tixbihat li rreferew għall-midlukin kollha. (Mattew 25:1-30) Fl-aħħar hu tkellem dwar dawk li kienu se jappoġġjaw lil ħut Kristu u li se jgħixu għal dejjem fuq l-art. (Mattew 25:31-46) B’mod simili, meta l-profezija t’Eżekjel bdiet isseħħ fi żmienna, din kienet tapplika l-ewwel għal dawk li kellhom it-tama li jgħixu fis-sema. U għalkemm l-għaxar tribujiet tal-Iżrael normalment ma jirrappreżentawx lil dawk li se jgħixu għal dejjem fuq l-art, l-unità deskritta f’din il-profezija tfakkarna fl-unità li hemm bejn dawn u l-midlukin.