Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kont taf?

Kont taf?

Fiż-żminijiet tal-qedem, in-nies kif kienu jqabbdu n-nar meta jivvjaġġaw?

F’ĠENESI kapitlu 22, il-Bibbja tgħid li Alla qal lil Abraham biex jivvjaġġa lejn post ’il bogħod mid-dar tiegħu ħalli joffri sagrifiċċju. Tgħid: “Abraham qabad il-ħatab taʼ l-offerta tal-ħruq u għabbieh fuq ibnu Iżakk u ħa f’idejh in-nar u s-sikkina tal-biċċiera, u t-tnejn li huma telqu flimkien.”—Ġenesi 22:6.

Il-Bibbja ma tispjegax kif in-nies fiż-żminijiet tal-qedem kienu jqabbdu n-nar. Allura, Abraham u Iżakk qabbdu n-nar u mbagħad ġarrew din il-fjamma magħhom? Kummentatur tal-Bibbja qal li fjamma x’aktarx ma setgħetx “serviet tul il-vjaġġ twil kollu.” Minflok, jistaʼ jkun li Abraham u ibnu ħadu magħhom dak kollu li kien se jkollhom bżonn biex iqabbdu n-nar.

Iżda oħrajn jgħidu li dak iż-żmien ma kienx faċli biex tqabbad in-nar. Allura kull meta kien possibbli, in-nies kienu jqabbdu n-nar billi jieħdu faħma taħraq minn ġo nar jaqbad, forsi taʼ xi ġar tagħhom. Ħafna studjużi jemmnu li Abraham ħa faħam jaħraq minn ġo nar jaqbad qabel il-vjaġġ tiegħu. Setaʼ tefgħu ġo kontenitur, forsi f’borma mdendla b’katina, u ġarrha miegħu meta vvjaġġa. (Isaija 30:14) Imbagħad setaʼ uża l-faħam jaħraq u biċċiet żgħar taʼ injam niexef kull meta kellu bżonn iqabbad in-nar.