IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Marzu 2014

F’din il-ħarġa sir af kif tistaʼ tibqaʼ tagħmel sagrifiċċji persunali u jkollok ħarsa pożittiva tiegħek innifsek. Kif nistgħu nieħdu ħsieb dawk imdaħħlin fiż-żmien?

Nilħqu l-qalb ta’ qraba li mhumiex tal-istess twemmin

X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Ġesù ttratta lil qrabatu? Kif nistgħu naqsmu t-twemmin tagħna ma’ qraba li għandhom reliġjon differenti jew li m’għandhomx reliġjon?

Kif tibqa’ tagħmel sagrifiċċji persunali

Aħna niffaċċjaw għadu li b’mod sottili jista’ jżommna lura milli nagħmlu sagrifiċċji persunali. Dan l-artiklu se jidentifika lil dan l-għadu u juri kif nistgħu nużaw il-Bibbja biex niġġildulu.

Kif iżżomm ħarsa pożittiva

Ħafna għala jissieltu ma’ ħarsa negattiva? Dan l-artiklu juri kif nistgħu nużaw il-Bibbja biex nikkultivaw u nżommu ħarsa pożittiva tagħna nfusna.

Il-qima tal-familja—Tista’ tagħmilha iktar pjaċevoli?

Ara kif il-qima tal-familja qed issir f’pajjiżi oħra għal xi ideat utli dwar x’tista’ tipprova.

Onora lil dawk fostkom imdaħħlin fiż-żmien

Ara kif Alla jqis lil dawk avanzati fl-età. X’responsabbiltajiet għandhom it-tfal lejn il-ġenituri? Il-kongregazzjonijiet kif jistgħu jonoraw lil dawn l-uħud?

Nieħdu ħsieb lil dawk imdaħħlin fiż-żmien

Ġenituri avanzati fl-età u t-tfal adulti jistgħu jippreparaw u jieħdu xi deċiżjonijiet qabel jaslu “jiem l-għali.” Kif jistgħu jkampaw ma’ wħud mill-isfidi?

Il-kliem tiegħek—Huwa “Iva u fl-istess ħin Le”?

Il-Kristjani għandhom iżommu kelmithom u qatt ma jgħidu “Iva u fl-istess ħin Le.” Xi ngħidu jekk ikollna nikkanċellaw xi arranġament? Tgħallem mill-eżempju ta’ Pawlu.