Wara l-kantuniera
Niżżel:
1. Hekk kif timxi ġo wied aħdar,
Tara x-xemx fis-sema ċar.
U l-għasafar tismaʼ jgħannu,
Bejtiet jibnu dawn fis-siġar kbar.
L-art kollha issa ġenna,
U qed tilqaʼ l-maħbubin.
Dawn il-jiem tant ferħanin
Kienu wara l-kantuniera.
2. Ħdejn il-bajja dwejra sbejħa,
Tara dar hawn f’nofs il-wied.
Fuq iż-żiffa tismaʼ għanja,
Kif iddur il-mitħna fuq l-għoljiet.
L-għelieqi kollha sofor,
U għall-ħsad il-ħbieb ġejjin.
Dawn iż-żminijiet tajbin
Kienu wara l-kantuniera.
(BRIDGE)
M’hemm ebda inkwiet
Biss il-barkiet
Li aħna konna nistennew.
M’hemm xejn imwiet,
U m’hemmx mardiet,
Għax kollox ġdid, u nithennew.
3. Tistaʼ tismaʼ l-ferħ fil-vuċi
Kif it-tfal jiġbru bukkett.
Għax familtek hawn madwarek
Hekk kif terġaʼ tibda jum perfett.
Ngħidu grazzi lil Ġeħova;
Jieħu ħsiebna lkoll kuljum.
Il-barkiet li għandna llum
Kienu wara l-kantuniera.
(BRIDGE)
Nitbissem spiss,
U nieħu gost,
Li aħna fl-aħħar hawn flimkien.
U ngħannquk b’ferħ,
U nithennew,
Għax darba dak biss ħolma kien.
4. Wara l-kantuniera
Naf li kollox hemm li rrid.
Hija wegħda minn Ġeħova;
Ċert li hu se jagħmel kollox ġdid.
U m’hemmx ċans li nħossni mdejjaq
Meta naħseb x’ġej dalwaqt.
Dan il-jum se jiġi daqt.
Naf li wara l-kantuniera.