Ġenesi 13:1-18

13  Wara dan, Abram telaʼ mill-​Eġittu, hu, martu, u kulma kellu, u Lot telaʼ miegħu, lejn in-​Negeb.+  U Abram kellu ħafna mrieħel, fidda, u deheb.+  U telaq min-​Negeb, jikkampja f’post wara l-​ieħor, biex imur Betel, lejn il-​post fejn qabel kellu t-​tinda bejn Betel u Għaj,+  il-post fejn kien għamel l-​artal fil-​bidu;+ u Abram hemmhekk sejjaħ* isem Ġeħova.+  Issa Lot, li mar m’Abram, ukoll kellu n-​nagħaġ, il-​baqar, u t-​tined.  Għalhekk, l-​art ma kinitx tesagħhom biex jgħammru lkoll flimkien, għax ġidhom kien kotor u ma setgħux jgħammru lkoll flimkien.+  U qamet tilwima bejn ir-​rgħajja tal-​bhejjem t’Abram u r-​rgħajja tal-​bhejjem taʼ Lot; u f’dak iż-​żmien il-​Kangħanin u l-​Pereżin kienu qed jgħammru fil-​pajjiż.+  U Abram qal lil Lot:+ “Jekk jogħġbok, ħa ma jkomplix ikun hemm tilwim bejni u bejnek u bejn ir-​rgħajja tiegħi u r-​rgħajja tiegħek, għax aħna aħwa.+  Mhix l-​art kollha għad-​dispożizzjoni tiegħek? Jekk jogħġbok, infired minni. Jekk tmur lejn ix-​xellug, jien immur lejn il-​lemin; imma jekk tmur lejn il-​lemin, jien immur lejn ix-​xellug.”+ 10  Għalhekk, Lot refaʼ għajnejh u ra d-​Distrett kollu tal-​Ġordan,+ li kollu kien reġjun imsoqqi tajjeb qabel ma Ġeħova qered lil Sodoma u Gomorra, li kien bħall-​ġnien taʼ Ġeħova,+ bħall-​art taʼ l-​Eġittu, sa Sogħar.+ 11  Imbagħad Lot għażel għalih id-​Distrett kollu tal-​Ġordan, u żarma l-​kamp u mar lejn il-​lvant. Għalhekk, infirdu minn xulxin. 12  Abram għammar fl-​art taʼ Kangħan, imma Lot għammar qalb il-​bliet tad-​Distrett+ u waqqaf it-​tinda qrib Sodoma. 13  U n-​nies taʼ Sodoma kienu ħżiena u dinbu ħafna kontra Ġeħova.+ 14  U Ġeħova qal lil Abram, wara li Lot kien infired minnu: “Erfaʼ għajnejk, jekk jogħġbok, u ħares mill-​post fejn qiegħed, lejn it-​tramuntana u n-​nofsinhar u lejn il-​lvant u l-​punent,+ 15  għax l-​art kollha li qed tara, lilek u lil nislek se nagħtiha għal żmien indefinit.+ 16  U lil nislek nagħmlu bħat-​trab taʼ l-​art, sabiex, jekk xi ħadd ikun jistaʼ jgħodd it-​trab taʼ l-​art, mela nislek ukoll ikun jistaʼ jingħadd.+ 17  Qum, aqsam l-​art mit-​tul u l-​wisaʼ tagħha, għax jien lilek se nagħtiha.”+ 18  Għalhekk, Abram kompla jgħix fit-​tined. Iktar tard mar u beda jgħammar qalb is-​siġar il-​kbar taʼ Mamre,+ li hemm f’Ħebron;+ u hemmhekk bena artal lil Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Jew, “iddikjara (xandar) hemmhekk.”