Ġenesi 2:1-25

2  B’hekk, tlestew is-​smewwiet u l-​art u kulma fihom.*+  U sas-​sebaʼ jum Alla lesta x-​xogħol tiegħu li kien għamel, u fis-​sebaʼ jum beda jistrieħ mix-​xogħol kollu tiegħu li kien għamel.+  U Alla bierek is-​sebaʼ jum u qaddsu, għaliex fih straħ mix-​xogħol kollu tiegħu li ħalaq u li kellu l-​iskop li jagħmel.+  Dan hu rakkont storiku tas-​smewwiet u l-​art meta nħolqu, dakinhar li Alla Ġeħova* għamel l-​art u s-​sema.+  Issa ma kien għad hemm ebda siġra tar-​rabaʼ fuq l-​art u ma kien għadu nibet ebda ħaxix tar-​rabaʼ, għaliex Alla Ġeħova kien għadu ma bagħatx xita+ fuq l-​art u ma kienx hemm bniedem biex jikkultiva l-​art.  Imma kien jitlaʼ fwar+ mill-​art u jsaqqi l-​wiċċ kollu taʼ l-​art.+  U Alla Ġeħova sawwar ir-​raġel mit-​trab+ taʼ l-​art+ u nefaħlu fi mnifsejh in-​nifs tal-​ħajja,+ u r-​raġel sar ruħ ħajja.*+  Ukoll, Alla Ġeħova ħawwel ġnien fl-​Għeden,*+ lejn il-​lvant, u hemmhekk poġġa lir-​raġel li kien sawwar.+  Hekk Alla Ġeħova nibbet mill-​art kull siġra li tpaxxi l-​għajn u tajba għall-​ikel kif ukoll is-​siġra tal-​ħajja+ f’nofs il-​ġnien u s-​siġra taʼ l-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin.+ 10  U kien hemm xmara ħierġa mill-​Għeden biex issaqqi l-​ġnien, u minn hemmhekk bdiet tinqasam u saret, bħallikieku, erbaʼ fergħat. 11  L-ewwel waħda jisimha Pison; din iddur maʼ l-​art kollha taʼ Ħawila,+ fejn hemm id-​deheb. 12  U d-​deheb taʼ din l-​art hu pur.+ Hemm ukoll il-​gomma tar-​raża tfuħ+ u l-​ħaġra taʼ l-​oniċi.+ 13  U t-​tieni xmara jisimha Giħon; din iddur maʼ l-​art kollha taʼ Kus. 14  U t-​tielet xmara jisimha Ħiddekel;+ din tmur lejn il-​lvant taʼ l-​Assirja.+ U r-​rabaʼ xmara hija l-​Ewfrat.+ 15  U Alla Ġeħova ħa lir-​raġel u qiegħdu fil-​ġnien taʼ l-​Għeden+ biex jikkultivah u jieħu ħsiebu.+ 16  U Alla Ġeħova ta wkoll dan il-​kmand lir-​raġel: “Minn kull siġra tal-​ġnien tistaʼ tiekol sakemm tixbaʼ.+ 17  Imma mis-​siġra taʼ l-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin ma tistax tiekol, għax fil-​jum li tiekol minnha int żgur li tmut.”+ 18  U Alla Ġeħova ssokta jgħid: “Mhux tajjeb li r-​raġel jibqaʼ waħdu. Se nagħmillu għajnuna, sieħba li taqbel għal miegħu.”+ 19  Issa Alla Ġeħova kien qed isawwar mill-​art kull bhima salvaġġa tar-​rabaʼ u kull ħliqa li ttir fis-​smewwiet, u ġabhom għand ir-​raġel biex jara x’se jsemmi lil kull waħda; u skond dak li r-​raġel ikun semmieha, kull ruħ ħajja,+ dak kien isimha.+ 20  Għalhekk, ir-​raġel ta l-​ismijiet lill-​annimali domestiċi kollha u lill-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u lil kull bhima salvaġġa tar-​rabaʼ, imma għar-​raġel ma nstabet ebda għajnuna bħala sieħba li taqbel għal miegħu. 21  Għaldaqstant, Alla Ġeħova ġiegħel lir-​raġel jorqod fil-​fond+ u, waqt li dan kien rieqed, ħa waħda mill-​kustilji tiegħu u għalaq il-​laħam fil-​post tagħha. 22  U Alla Ġeħova sawwar il-​kustilja li kien ħa mir-​raġel u għamilha mara u ħadha għand ir-​raġel.+ 23  Imbagħad ir-​raġel qal:“Sa fl-​aħħar, din hi għadma minn għadmiU laħam minn laħmi.+Din tissejjaħ Mara,Għax mir-​raġel* din ittieħdet.”+ 24  Huwa għalhekk li raġel iħalli lil missieru u lil ommu+ u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.+ 25  U t-​tnejn li huma kienu għarwenin,+ ir-​raġel u martu, u madankollu ma kinux jistħu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “l-​armata kollha tagħhom.”
L-ewwel darba li jidher l-​isem persunali u distintiv t’Alla, bl-​Ebrajk הוָהיְ (JĦWH). Ifisser “Hu Jġiegħel li Jsir.” L-​isem divin jidentifika lil Ġeħova bħala li għandu skop. L-​Alla l-​veru biss għandu d-​dritt li jġorr dan l-​isem b’mod ġenwin. Ara Appendiċi 1.
Jew, “ħliqa li tieħu n-​nifs.”
Ifisser “Gost; Għaxqa.”
Il-kliem għal “raġel” u għal “mara” huma simili bl-​Ebrajk. “Raġel” bl-​Ebrajk, ix; “Mara” bl-​Ebrajk, ixxa.