Ġenesi 3:1-24
3 Issa s-serp+ kien l-iktar wieħed attent+ mill-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ li kien għamel Alla Ġeħova.+ Għalhekk, qal lill-mara:+ “Veru li Alla qalilkom li ma tistgħux tieklu minn kull siġra tal-ġnien?”+
2 U l-mara qalet lis-serp: “Mill-frott tas-siġar tal-ġnien nistgħu nieklu.+
3 Imma dwar il-frott tas-siġra li qiegħda f’nofs il-ġnien,+ Alla qalilna, ‘Ma tistgħux tieklu minnu, le, ma tistgħux tmissuh, inkella tmutu.’”+
4 Għal dan, is-serp qal lill-mara: “Żgur li ma tmutux.+
5 Għax Alla jaf li fil-jum li tieklu minnu għajnejkom jinfetħu u tkunu bħal Alla, tagħrfu t-tajjeb u l-ħażin.”+
6 U l-mara rat li l-frott tas-siġra kien tajjeb għall-ikel u li kien jiġbed l-għajn, iva, il-frott tas-siġra kien taʼ min jixtiequ biex tikseb l-għerf.+ Għalhekk, hi ħadet mill-frott u kilitu. U wara, meta żewġha kien magħha, tatu minnu wkoll u beda jieklu.+
7 Imbagħad it-tnejn li huma nfetħulhom għajnejhom u bdew jirrealizzaw li kienu għarwenin.+ B’hekk, ħietu weraq tat-tin flimkien biex jgħattu madwar ġenbejhom.+
8 Iktar tard semgħu leħen Alla Ġeħova waqt li kien miexi fil-ġnien fil-ħin tal-jum meta tkun għaddejja ż-żiffa,+ u r-raġel u martu nħbew minn wiċċ Alla Ġeħova qalb is-siġar tal-ġnien.+
9 U Alla Ġeħova baqaʼ jsejjaħ lir-raġel u jgħidlu: “Fejn int?”+
10 Fl-aħħar wieġbu: “Smajt leħnek fil-ġnien, imma bżajt għax kont għarwien, u għalhekk inħbejt.”+
11 Għal dan, qallu: “Min qallek li kont għarwien?+ Jaqaw kilt mill-frott tas-siġra li kkmandajtek biex ma tikolx minnu?”+
12 U r-raġel issokta jgħidlu: “Il-mara li tajtni biex tkun miegħi tatni l-frott mis-siġra u kiltu.”+
13 Imbagħad Alla Ġeħova qal lill-mara: “X’għamilt?” U l-mara wiġbitu: “Is-serp—qarraq bija u kilt.”+
14 U Alla Ġeħova qal lis-serp:+ “Talli għamilt dan, int il-misħut fost l-annimali domestiċi kollha u fost il-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ. Fuq żaqqek titkaxkar u t-trab tiekol il-jiem kollha taʼ ħajtek.+
15 U nqanqal+ għadwa+ bejnek+ u bejn il-mara+ u bejn nislek*+ u nisilha.+ Hu+ jisħaqlek+ rasek+ u int+ tisħaqlu+ għarqubu.”+
16 Lill-mara qalilha: “Se nżidlek ħafna l-uġigħ tat-tqala;+ b’uġigħ tal-ħlas se tiled lil uliedek,+ u xewqtek tkun għal żewġek, u hu jiddominak.”+
17 U lil Adam qallu: “Talli smajt minn kliem martek u kilt mill-frott tas-siġra li dwaru tajtek dan il-kmand,+ ‘Ma tistax tiekol minnu,’ misħuta tkun l-art minħabba fik.+ Bit-taħbit* tiekol il-prodott tagħha matul il-jiem kollha taʼ ħajtek.+
18 Xewk u għollieq tnibbitlek,+ u int tiekol il-ħaxix tar-rabaʼ.
19 Bl-għaraq taʼ ġbinek tiekol ħobżok sakemm terġaʼ lura lejn l-art, għax minnha kont meħud.+ Għax trab int u trab terġaʼ ssir.”+
20 Wara dan kollu, Adam lil martu beda jsejħilha Eva,*+ għax kellha ssir omm il-ħajjin kollha.+
21 U Alla Ġeħova għamel ilbiesi twal tal-ġild għal Adam u għal martu u libbishom.+
22 U Alla Ġeħova ssokta jgħid: “Ara! Il-bniedem sar bħal wieħed minna jagħraf it-tajjeb u l-ħażin,+ u issa sabiex ma jmiddx idu u jieħu wkoll il-frott mis-siġra tal-ħajja+ u jiekol u jgħix għal dejjem,*—”
23 Għalhekk, Alla Ġeħova bagħtu ’l barra mill-ġnien taʼ l-Għeden+ biex jikkultiva l-art li kien meħud minnha.+
24 U hekk keċċa lill-bniedem ’il barra, u fil-lvant tal-ġnien taʼ l-Għeden+ qiegħed il-kerubini+ u x-xafra taqbad taʼ xabla li kienet iddur kontinwament biex tgħasses it-triq lejn is-siġra tal-ħajja.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “żerriegħa.”
^ Jew, “bl-uġigħ.”
^ Ifisser “Waħda Ħajja.”
^ Letteralment, “żmien indefinit.” Il-kelma Ebrajka tfisser perijodu taʼ żmien taʼ tul mhux speċifikat, li l-bidu jew it-tmiem tiegħu ma jkunx ċert jew definit. Madankollu, il-kelma tirreferi għal perijodu twil taʼ żmien, u xi drabi għal dejjem.